VERŻJONI ĠDIDA GĦALL-WEBSITE TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
Għada kif tnediet verżjoni ġdida għall-website tal-Ministeru għal Għawdex, wara tlett snin li kienet ilha tipprovdi nformazzjoni dwar Għawdex online.
L-ewwel website uffiċjali tal-Gvern għal Għawdex, www.gozo.gov.mt kienet ġiet imnedija fil-31 ta’ Jannar 2002, u kellha tlett għanijiet prinċipali: dak li tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta, li toħloq mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-gżira t’Għawdex u l-Għawdxin emigranti madwar id-dinja, kif ukoll dak li tipprovdi nformazzjoni dwar diversi servizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti tiegħu.
In-numru ta’ viżitaturi li jżuru s-sit żdied minn għexieren kuljum fl-ewwel ġranet, għal medja ta’ 1200 illum. Is-sit uffiċjali t’Għawdex illum huwa wieħed mis-siti l-iktar imfittxija lokalment, kif ukoll wiehed mill-aħjar siti fil-website uffiċjali tal-Gvern.
Il-modernizzar tas-sit li sar riċentement huwa ntenzjonat sabiex jagħmlu iktar attraenti estetikament, iktar flessibbli grafikament għall-użu mill-istaff, kif ukoll iktar aċċessibbli għall-viżitaturi, speċjalment dawk bi bżonnijiet speċjali.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946