Left arrow Go Back

PREŻENTATI ‘WARRANTS’ LIL 25 PERIT

PR0344
Date Icon 08/03/2005

l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit ippresieda ċ-ċerimonja annwali tal-preżentazzjoni uffiċjali tal-Warrants lill-Periti. F’din il-preżentazzjoni ngħataw il-Warrant,  25 Perit, li 6 minnhom huma nisa. 

Filwaqt li awgura kull suċċess lil dawn il-professjonisti, l-Ministru Ninu Zammit esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal sena oħra, pajjiżna ser ikollu numru hekk kbir ta’ Periti li ser ikunu qegħdin jipprattikaw din il-professjoni tant partikolari u essenzjali. 

Illum li pajjiżna huwa membru ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Perit għandu jagħraf l-opportunitajiet u l-isfidi li din is-sħubija ġabet magħha. Il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura fakkar li l-Warrant mogħti f’dan il-qasam huwa wkoll rikonoxxut mill-pajjiżi membri. Dan għandu jwassal għal sfidi u opportunitajiet ta’ xogħol kbar, li qatt qabel ma kienu possibli għaż-żgħażagħ Maltin. 

Il-Ministru Zammit qal li lejn l-aħħar ta’ Marzu, il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura se jkun qiegħed jippubblika dokument għad-diskussjoni pubblika. Dan id-dokument se jittratta l-iskavar u twaqqiegħ ta’ strutturi. Huwa ħeġġeġ lil kull min għandu x’jaqsam ma’ l-industrija tal-bini sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu meta dan id-dokument ikun pubblikat.  

Illum aktar minn qatt qabel, bini ġdid għandu jkun iktar “energy efficient.” Dan huwa  possibli permezz ta’ iktar ħidma, attenzjoni u dedikazzjoni fix-xogħol minn naħa tal-Perit f’dan ir-rigward. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura tenna  li permezz tal-ħidma tal-Perit, jista’ jsir progress kbir f’dan il-qasam li minnu jgawdi l-pajjiż kollu. 

Fi tmiem l-indirizz tiegħu, il-Ministru Zammit fakkar lill-Periti preżenti, li issa wara li l-pajjiż investa fihom, huma għandhom l-obbligu u d-dover li jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ f’ħidma aktar effiċjenti u ta’ standard għoli għall-ġid u l-ħarsien ambjentali ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow