Left arrow Go Back

IL-PETROL STATION FIL-MELLIEĦA

PR0340
Date Icon 07/03/2005

B’riferenza għall-ittra ppublikata mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni rigward il-Petrol Station fil-Mellieħa, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jixtieq ipoġġi l-ittra f’kuntest tal-fatti kif ġraw.   

L-ittra ntbgħatet f’Novembru 2004 bħala nota lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi sabiex twieġeb għall-korrispondenza mibgħuta lilha mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet f’Settembru 2004.  Il-każ imsemmi jmur lura għal meta l-art in kwestjoni, li kienet ġiet identifikata għal dan l-iskop mill-MEPA, inħarget b’sejħa għall-offerti mid-Dipartiment tal-Artijiet lill-operaturi nteressati u li għandhom liċenzja jibnu petrol station. Għaldaqstant, wara li ġie magħżul l-operatur bl-aħjar offerta, jiġifieri s-Sur Vella, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet talab lill-Awtorita’ tar-Riżorsi sabiex tikkonferma li s-Sur Vella kellu u għandu liċenzja biex jopera Petrol Station.  

Fl-ewwel tweġiba tagħha, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi stqarret li l-liċenzja l-ġdida tingħata skond kriterji stabbiliti mill-awtoritajiet konċernati u skond proċeduri normali.  Sussegwentement, l-Awtorita’ kienet mitluba tikkonferma informazzjoni mogħtija mill-Enemalta, cioe’ li s Sur Vella kellu liċenzja biex jopera Petrol Station, billi, kif diġa’ ntqal, din kienet kundizzjoni stipulata fis-sejħa għall-offerti.  F’dan il-kuntest l-Awtorita’ kkonfermat li s-Sur Vella kellu liċenzja P 09 biex jopera Petrol Station fil-Mellieħa.   

Fl-ebda mument ma’ ngħatat liċenzja ġdida ta’ Petrol Station.  Rigward il-ħin moghti sabiex l-Awtorita’ tirrispondi, jerġa jigi enfasizzat li dan sar minħabba li d-Dipartiment ta’ l-Artijiet kien qed jagħti deadline sa meta kellha tidħol din il-konferma.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow