Left arrow Go Back

AĠĠORNAMENT DWAR IL-QAGĦDA TAD-DISTRIBUZZJONI TAĊ-ĊILINDRI TAL-GASS FOST IL-KONSUMATURI

PR0335
Date Icon 07/03/2005

Din l-istqarrija hi maħsuba biex il-mezzi tal-komunikazzjoni jkunu aġġornati dwar il-qagħda tad-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass fost il-konsumaturi.  

Kif tħabbar il-ġimgħa li għaddiet, l-impjant ta’ l-ibbottiljar tal-gass fil-Qajjenza minn nhar it-Tlieta l-1 ta’ Marzu żied is-siegħat tal-produzzjoni tiegħu biex jisboq id-domanda tad-distributuri tal-gass għall-mili ta’ ċilindri vojta.  

Din it-tabella turi s-siegħat ta’ xogħol maħduma u n-numru ta’ ċilindri bbottiljati fil-ġranet li għaddew:  

Medja Normali

It-Tlieta 01.03.05

L-Erbgħa 02.03.05

Il-Ħamis

03.03.05

Il-Ġimgħa 04.03.05

Is-Sibt 05.03.05

Il-Ħadd 06.03.05

Ċilindri mimlija

5,000

8,424

9,915

10,976

10,591

5,540

4,132

Tunnellati ta’ gass użati

45

112

127

150

140

65

40

Il-bieraħ il-Ħadd id-Distributuri tal-gass ma ġabrux iċ-ċilindri kollha bbottiljati u għalhekk għall-ewwel darba f’diversi ġimgħat l-impjant ta’ l-ibbottiljar issa qed jipproduċi ċ-ċilindri għal stokk żejjed. Fil-fatt il-bieraħ, 16-il trakk biss irraporta fil-Qajjenza biex jiġbor iċ-ċilindri, filwaqt li l-Ħadd ta’ qabel kien hemm ftit aktar minn 50 trakk. Apparti minn dan, id-Distributuri l-bieraħ għażlu li jipposponu t-trasport ta’ kunsinna kbira ta’ ċilindri għal Għawdex għal nhar l-Erbgħa, minħabba li d-domanda għaċ-ċilindri f’Għawdex kienet baxxa. Dawn huma indikaturi tal-fatt li d-domanda għaċ-ċilindri tal-gass issa hi aktar milli sodisfatta.  

Apparti minhekk jidher li l-parti l-kbira tal-konsumaturi issa qed jinqdew mill-bżonn tagħhom għal ċilindri tal-gass. F’dawn il-ġranet naqqsu ħafna n-numru ta’ telefonati biex jitolbu li ċ-ċilindri battal tagħhom jimtlielhom. Din it-tabella turi n-numru ta’ telefonati f’dawn l-aħħar ġranet.  

Medja Normali

It-Tlieta 01.03.05

L-Erbgħa 02.03.05

Il-Ħamis

03.03.05

Il-Ġimgħa 04.03.05

Is-Sibt 05.03.05

Numru ta’ telefonati fuq 21651660

120

503

534

166

119

46

Ta’ min jgħid li minn nhar il-Ġimgħa bdiet kampanja pubbliċitarja fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni biex tinforma lill-pubbliku bin-numru tat-telefon għal min jixtieq jitlob informazzjoni dwar iċ-ċilindri tal-gass. It-tnaqqis fin-numru ta’ telefonati hu indikatur ieħor li d-domanda minn naħa tal-konsumaturi issa qed tintlaqa’.  

Biex xorta jkun assigurat mingħajr dubju li d-domanda akkumulata matul dawn l-aħħar ġimgħat ta’ nuqqas ta’ ċilindri, il-Korporazzjoni Enemalta għandha struzzjonijiet biex matul din il-ġimgħa kollha, il-ħin tad-distribuzzjoni fid-djar skond ir-rotot allokati lil kull distributur ikun estiż sad-9.30 ta’ fil-għaxija għal sebat ijiem fil-ġimgħa.  

Minbarra hekk mil-lum sa nhar it-Tlieta 15 ta’ Marzu 2005 kull nhar ta’ xogħol bejn l-4 u t-8 ta’ fil-għaxija se jsir bdil ta’ ċilindri vojta ma’ ċilindri mimlija minn seba’ pjazez ewlenin li jinbidlu kuljum skond kif inhu reklamat fil-mezzi kollha tal-komunikazzjoni.  

Il-Korporazzjoni Enemalta għandha wkoll struzzjonijiet biex minn nhar it-Tnejn 14 ta’ Marzu 2005, persuni li jkunu jridu jixtru ċilindri tal-gass ġodda jkunu jistgħu jagħmlu hekk mingħand id-distributur tal-gass fuq ir-rotta tagħhom. Irid jingħad li mill-21 ta’ Frar 2005, il-Korporazzjoni Enemalta biegħet 3,600 ċilindri ġdid li ma kienux mibdula ma’ ċilindri vojta. Dan in-numru ta’ ċilindri kien bil-bosta akbar mill-ordnijiet pendenti li kellha għal ċilindri ġodda.  

Il-Korporazzjoni Enemalta kellha struzzjonijiet biex wara li qassmet dawn it-3,600 servizz tbiegħ ċilindri ġodda biss mill-impjant ta’ l-ibbottljar fil-Qajjenza bejn nhar it-Tlieta, 1 u nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2005. Ir-raġuni għal din id-direttiva kienet biex wara li nqdew dawk li kellhom bżonn u ordnaw ċilindri ġodda, jinqdew ukoll malajr kemm jista’ jkun dawk kollha li ried jibdlu ċilindri vojta li kellhom. Dan kien meħtieġ għax kien qed jidher ċar li numru ta’ klienti li kellhom mezz ta’ trasport biex iġorru ċ-ċilindri kienu qed jitolbu lid-distributur itihom aktar ċilindri biex jaħżnuhom id-dar. Dan minħabba preokkupazzjoni komprensibbli ta’ xi konsumaturi li n-nuqqas ta’ l-aħħar ġimgħat jista’ xi darba jirrepeti ruħu.  

Din il-preokkupazzjoni kienet ħolqot domanda uffiċjali li kienet qed iddewwem għal xejn iż-żmien tan-nuqqas ta’ ċilindri. Kien għalhekk li kien hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet ta’ prioritizzazzjoni biex b’hekk fl-anqas żmien ġiet sodisfatta d-domanda tal-parti l-kbira tal-konsumaturi li kellhom ċilindri vojta.  

Irid jingħad li l-preokkupazzjoni tal-konsumaturi kienet ukoll imkebbsa minn stqarrijiet sensazzjonali ta’ xi distributuri (m’hux ta’ l-assoċjazzjoni li tirrapreżentahom), rapportati wkoll fil-mezzi tal-komunikazzjoni, li kellhom interess li l-konsumaturi jaħtfu aktar ċilindri milli għandhom bżonn u jsuqu għalihom biex jiffrankaw lid-distributuri jagħmlu r-rotta kollha tagħhom.  

Ir-rapport li deher fl-ewwel faċċata ta’ “l-Orizzont” tal-lum (“Ekonomija biċ-ċilindri”) hu l-aħħar minn sensiela t’attentati biex joħolqu u jtawlu l-paniku ħalli konsumaturi bil-karozzi u b’post fejn jaħżnu, jaħtfu aktar ċilindri u konsumaturi oħrajn jibqgħu b’xejn għal ferm aktar milli ċ-ċirkostanzi ta’ l-aħħar ġimgħat kienu jirrikjedu.  

Miċ-ċifri ppubblikati f’din l-istqarrija jidher ċar li l-impjant ta’ l-ibbottiljar issa qed jipproduċi ċilindri saħansitra aktar milli d-distributuri jifilħu jbiegħu u għalhekk id-distributuri jistgħu jeżawrixxu r-rotta sħiħa tagħhom u, kif inhuma obbligati li jagħmlu, jwasslu ċ-ċilindri tal-gass sal-bieb ta’ barra tal-konsumatur. Id-distributuri għandhom l-obbligu wkoll itellgħu ċilindri lill-konsumaturi li jixtiequ lid-distributur itellgħallhom iċ-ċilindru tal-gass f’sulari ogħla mill-ewwel sular. Għal dan is-servizz irid isir ħlas aktar mill-prezz taċ-ċilindru skond dawn ir-rati:  

Twassil taċ-ċilindru sa l-ewwel sular:     inkluż fil-prezz taċ-ċilindru;

Twassil taċ-ċilindru sat-tieni sular: 10ċ extra;

Twassil taċ-ċilindru sat-tielet sular: 20ċ extra;

Twassil taċ-ċilindru għal aktar għoli mit-tielet sular: 20ċ u 5ċ għal kull sular aktar extra.

Naturalment l-obbligu li jwassal iċ-ċilindru sal-bieb ta’ barra jgħodd għad-distribuzzjoni bir-rotta u m’hux għax-xiri taċ-ċilindri mill-postijiet fissi nhar ta’ Sibt u preżentement, b’mod temporanju, mill-pjazez fl-irħula.  

Il-Gvern jixtieq jirringrazzja lill-GRTU għall-koperazzjoni tagħha fl-isforz ta’ din l-aħħar ġimgħa biex jintemm l-inkonvenjent għall-konsumaturi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow