Left arrow Go Back

OPEN DAY FIĊ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM F’ SANTA VENERA

PR0324
Date Icon 04/03/2005

L-Onor. Helen D’Amato Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità żaret iċ-Ċentru għal matul il-Jum għall-Anzjani ta’ Santa Venera, waqt open day li ġiet organizzata miċ-Ċentru ta’ matul il-Jum b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali.

L-Onor. D’Amato fid-diskors tagħha qalet li: “Ir-riżultati ta’ dan iċ-Ċentru, li ġie inawgurat uffiċjalment f’Jannar 2004, huma ferm pożittivi u l-attendenza numeruża ta’ l-anzjani tixhed dan. Fil-fatt 62-il anzjan jattendu regolarment dan ic-centru, li huwa mgħammar b’facilitajiet moderni, u attrezzat bl-aqwa mod biex jilqa’ lill-anzjani ta’ din il-lokalità.”  

L-Onor. D’Amato qalet: “dan hu ċentru ħaj u attiv u l-wirja li ġiet mtella’ llum bix-xogħlijiet ta’ l-anzjani tixhed dan.”   

L-Onor. D’Amato faħħret ukoll lill-Kunsill Lokali għax-xogħol li qiegħed jagħmel għall-anzjani ta’ St Venera. Hija qalet li dan il-Kunsill għandu jkun ta’ eżempju għall-kunsilli oħra. Il-kunsill iħallas il-kera tal-post, u jipprovdi trasport għar-residenti anzjani ta’ St Venera li jattendu c-centru. Il-Kunsill għen wkoll biex titwaqqaf librerija żgħira fiċ-ċentru.  

L-anzjani li jattendu ċ-ċentru wrew ukoll ix-xewqa li jkollhom computer. Il-kunsill lokali qed jippjana biex jipprovdi din il-faċilità fil-futur qrib.  

Min naħa tiegħu d-Dipartiment ta’ -Anzjani se jibqa’ jimpenja ruħu biex kif sar sal-lum l-erbatax-il ċentru li għandna jkomplu bil-ħidma fejjieda tagħhom, billi jipprovdi l-istaff meħtieġ, joffri servizzi miċ-ċentri, bħas-servizz tal-podoloġija u fizjoterapija, jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-postijiet u jħallas għall-ispejjeż rikorrenti li jinqalgħu matul is-sena. Huwa wkoll fil-ħsieb li jinfetħu ċentri oħra fejn jinħass il-bżonn u dan mingħajr ma jtellfu l-ħidma taċ-ċentri li għandna sal-lum. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow