Left arrow Go Back

PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR L-EMENDI PROPOSTI FIR-REGOLAMENTI GĦAL-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI

PR0319
Date Icon 03/03/2005

“Ingħata bidu għall-proċess ta’ konsultazzjoni biex l-emendi kollha li qegħdin isiru fir-regolamenti dwar il-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji jkunu emendi li jwasslu għal aktar proċess ġust u effiċjenti.” – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo 

“Qegħdin nagħtu bidu għal proċess ta’ konsultazzjoni biex ikollna proposti għall-emendi tal-Liġi u r-regolamenti li jirregolaw il-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji mit-Trade Licensing Unit fil-Commerce Division u mill-Kunsilli Lokali.  Irridu li nagħmlu l-emendi meħtieġa biex ikollna proċess aktar effiċjenti u iżjed trasparenti u ġust.  Qegħdin nagħmlu sejħa biex kull min għandu proposti x’jagħtina, dan ikun jista’ jibgħathom fil-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni.”  B’dawn il-kliem, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, fetaħ laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar it-tibdil fil-Ligijiet li jirregolaw il-hrug tal-licenzji tan-negozju.  Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm Segretarji mill-Kunsilli Lokali. 

“Il-kummerċ f’pajjiżna jeħtieġ li jikber.  Irridu lkoll flimkien nagħmluha faċli biex kull min qiegħed fin-negozju jew irid jidħol fin-negozju jkun jista’ jagħmel kummerċ bl-anqas xkiel possibbli.  Kull Awtorita’, kemm jekk Dipartiment tal-Gvern jew Awtorita’ mwaqqfa mill-Gvern kif ukoll Kunsill Lokali, li huwa Gvern Lokali, trid tara kif tkun ta’ servizz għal min qiegħed u għal min jixtieq jidħol fl-attivita’ kummerċjali. 

“Qegħdin nitkellmu fuq il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u ħidma biex niggarantixxu impjiegi eżistenti.  Issa l-akbar problema ta’ pajjiżna hija li fiċ-ċokon tagħna rridu nsibu bilanċ bejn il-ħtiġijiet tar-residenti u ta’ l-attivita’ kummerċjali fl-istess lokalita’. 

“Għalhekk bdejna proċess ta’ konsultazzjoni għal emendi ta’ avviżi legali li huma regolamenti li jirregolaw il-ħidma tal-Kunsill Lokali u juru x’inhuma l-obbligi ta’ kull min qiegħed f’negozju li jsir fil-komunita’ jew żoni industrjali. 

Illum il-laqgħa tiegħi mas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali qed tkun iffukata fuq ir-regolamenti tal-Kunsilli li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-swieq li għandna f’pajjiżna.  Is-Segretarji tal-Kunsilli Lokali huma l-esperti fl-amministrazzjoni tar-regolamenti u huma mill-iżjed konxji tal-problemi kemm tar-residenti, tal-persuni fis-settur kummerċjali kif ukoll tal-politiċi lokali u għalkekk bdejt l-ewwel laqgħa tiegħi magħhom. 

“’Il quddiem dan il-proċess ta’ konsultazzjoni ser isir mas-Sindki u l-Kunsilliera li jirrappreżentaw is-settur kummerċjali fil-Kunsilli Lokali, flimkien ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti.  Ser ikolli wkoll laqgħat f’numru ta’ lokalitajiet biex ukoll inkunu nistgħu nitgħallmu ma’ min ikun irid jagħti s-suġġerimenti tiegħu.  Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni qed nagħmlu wiesgħa kemm jista’ jkun biex kulħadd iħoss ir-responsabbilita’ tas-suġġeriment tiegħu. 

“’Il quddiem ser ikun hemm laqgħat ukoll mal-GRTU, mal-Kamra tal-Kummerċ u ma’ l-FOI, u ser niltaqgħu wkoll ma’ street hawkers li wkoll ser ikollhom ir-regolamenti tagħhom emendati biex jagħmlu aktar sens għall-ħtiġijiet ta’ llum.” 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jghid li “inbeda wkoll proċess ta’ konsultazzjoni interna dwar proposti għal emendi fir-regolamenti li jistabbilixxu l-prezz tal-liċenzja.  Dawn l-emendi għandhom ukoll jirriflettu ċ-ċirkustanzi preżenti, u l-għan tagħna huwa li nagħmlu l-ħlas tal-liċenzji iżjed ġust.  Mhuwiex l-għan tal-Gvern li jagħmel dan l-eżerċizzju biex il-liċenzji jogħlew; il-liċenzji jridu jibqgħu baxxi. 

“Kull emenda li trid issir irrid nara li tkun mill-iżjed faċli biex kull min qed jagħmel attivita’ kummerċjali isibha faċli li jitlob u tingħatalu liċenzja.  B’dan il-mod, dawk kollha li qegħdin jaħdmu bil-moħbi u li jixtiequ li l-pożizzjoni tagħhom tkun regolarizzata ma jibqgħux jaħdmu bil-biża’.” 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm id-diskors tiegħu b’appell “Nitlob lil kull min għandu rieda tajba biex jgħin f’dan l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni għaliex bil-għajnuna ta’ kullħadd naslu li vermanet innaqsu l-burokrazija.” 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow