Left arrow Go Back

ŻJARA FIĊ-CENTRU TAT-TELECARE

PR0306
Date Icon 01/03/2005

Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta'  l-Informazzjoni,  l-Onor. Austin Gatt flimkien ma’ l-Onor. Louis Deguara, Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, żaru ċ-Ċentru tat-Telecare f’Santa Venera wara li ġie stallat apparat ġdid.

F’dawn l-aħħar xhur, id-dipartiment ta’ l-Anzjani u Maltacom plc., kienu qed jaħdmu flimkien biex is-servizz tant bżonnjuż tat-Telecare jkompli jkun aġġornat u msaħħaħ.

Permezz ta’ ftehim ġdid, Maltacom plc., għamlet investiment kapitali f’apparat ġdid, b’teknoloġija avvanzata li toffri aktar flessibiltà, effiċjenza u żieda fin-numru ta’ linji għall-użu tat-Telecare. L-istallazzjoni ta’ dan l-apparat sar f’Diċembru li għadda. Dan kien ifisser ukoll training għall-ħaddiema fl-użu ta’ dan l-apparat ġdid. Issa l-proċess huwa komplut u dan mingħajr ma kien hemm interruzzjoni tas-servizz għall-anzjani tagħna.

Il-Ministru Austin Gatt qal li “l-ambizzjoni tiegħi hi li l-entitajiet pubbliċi jsiru ‘best practices’ ta’ ‘corporate social responsibility’.”

Il-Ministru Gatt fisser din l-inizjattiva bħala waħda importanti u eżempju  għall-qasam kummerċjali kollu, li l-profitt u l-preżenza soċjali kbira ta’ ażjendi ta’ dan id-daqs iġibu magħhom responsabbiltà: Corporate Social Responsibility.

Il-Gvern jemmen li l-Corporate Social Responsibility hi rilevanti għall-ażjendi kollha, kbar jew żgħar – kemm jekk qed joperaw fis-suq lokali jew internazzjonali. Raġuni importanti hi li inizjattivi bħal dawn jippromwovu mod aktar komplet ta’ kif wieħed jaħseb dwar u jagħmel il-kummerċ

Il-Ministru Gatt ħabbar li qed jitħejjew linji gwida għall-entitajiet li jaqaw fil-Ministeru tiegħu dwar kif dawn jistgħu jaqdu l-Corporate Social Responsibility tagħhom b’inizjattivi ambjentali. Il-Ministru Gatt qal li dawn il-linji gwida ser jinkludu standards ġodda biex entitajiet pubbliċi jaħlu u jarmu anqas, jirriċiklaw dak li jużaw, jikkonsmaw anqas ilma u enerġija, u jagħtu kontribut lill-komunitajiet fejn l-attività tagħhom għandha prezz ambjentali. L-għan ta’ dawn il-linji gwida hu li l-entitajiet pubbliċi jkunu mudell għas-settur kummerċjali kollu ta’ kif jaqdi responsabbiltà soċjali u fl-istess ħin itejjeb il-bottom line.

Austin Gatt qal li ”F’dan il-kuntest il-ħidma tagħna hija msejsa fuq ħames prinċipji. Dawn jinkludu: il-konsiderazzjoni kostanti għall-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità, il-konsiderazzjoni li l-impjegati u lill-familji tagħhom huma parti interessata fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; l-Għaqdiet Mhux Governattivi (NGOs) jitqiesu bħala sħab, innaqsu kemm nistgħu l-impatt negattiv u fejn nistgħu ntejbu l-ambjent u nieħdu kunsiderazzjoni għall-bżonnijiet ta’ min hu anqas privileġġat.

Meta kompla dwar l-inizjattiva tal-lum il-Ministru Gatt saħaq li inizjattivi bħal dawn jinkoraġixxu lill-kumpaniji jżommu f’moħħom l-interessi wiesgħa tal-partijiet kollha nteressati li jġibu magħhom benefiċċji soċjali u ambjentali iżda wkoll jagħmlu ġid lill-kummerċ stess.

Minn naħa tiegħu l-Ministru Deguara qal li l-Gvern se jibqa’ miexi fuq politika li joffri dejjem aktar servizzi li jgħinu lill-anzjani jibqgħu fil-komunità.  Dan ikun mhux biss ta’ benefiċċju għall-anzjani imma wkoll għall-gvern għax ittaffi t-talbiet minn anzjani u l-familjari tagħhom biex jidħlu fi djar tal-gvern.  F’dan il-qasam il-gvern diġà qiegħed jaħdem mal-privat fejn il-privat qiegħed imexxi numru ta’ residenzi u f’oħrajn joffri numru ta’ sodod lill-gvern. Din il-kollaborazzjoni qed tħalli ħafna frott.  Issa l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed ukoll jidħol bi sħab mal-Maltacom plc., biex jissaħħaħ is-servizz tat-telecare b’apparat modern u b’żieda ta’ numru ta’ linji ġodda.  Il-gvern huwa dejjem lest li jaħdem ma’ kulħadd u jikkonsidra bis-serjetà proposti mill-privat li minnhom igawdu l-anzjani.

L-Onor. D’Amato spjegat li l-mission statement marbut ma’ dan is-servizz huwa li joffri “servizz ta’ wens f’każijiet ta’ emerġenza bl-iskop li jipprovdi serħan il-moħħ lill-anzjani u lill-familji tagħhom.” Dan is-servizz għandu allura wkoll l-iskop li jżomm lill-anzjani fil-komunità u aktar minn hekk li jżomm lill-anzjani f’darhom. Permezz ta’ l-apparat ġdid se nkunu f’qagħda li noffru 10,000 linja sussidjata lil dawk eleġibbli għas-servizz.

In-numru ta’ sejħiet li jsiru jammontaw għal bejn 400 u 500 kuljum, iżda is-sejħiet ta’ natura urġenti jammontaw għal bejn 60 u 70 kull xahar. Għalhekk hija appellat lill-anzjani biex jagħmlu użu tajjeb minn dan is-servizz. Hija enfasizzat il-bżonn li l-anżjani jżommu l-pendent fuqhom biex f’każ ta’ emerġenza jkunu jistgħu jitolbu l-għajnuna.

L-Onor. D’Amato kompliet tgħid li dan is-servizz jiswa’ lill-anzjani Lm 1 fix-xahar jew Lm1.33 f’każ ta’ koppja, filwaqt li dawk li għandhom il-karta roża ma jħallsux għal dan is-servizz. Hija qalet li dan il-prezz baqa’ stabbli minkejja l-investiment li sar.  “Iżda tajjeb wieħed jinnota li dan is-servizz jinkorri spejjeż rikorrenti – u d-dipartiment ta’ l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità jalloka Lm120,000 fis-sena li magħhom iridu jiżdiedu wkoll l-ispejjeż rikorrenti tal-Maltacom li żgur ma jiġux koperti mid-dħul tal-kera msemmija.”

Bis-saħħa ta’ din it-teknoloġija l-Maltacom tista’ wkoll toffri is-servizz tal-CareLink mhux biss lill-anzjani iżda lill-klijenti kollha tagħha. Dan is-servizz, filwaqt li huwa wieħed kumplimentari għas-servizz tat-telecare, bl-ebda mod ma jtellef mill-efficjenza tas-servizzi mogħtija s’issa lil dawk li jużaw it-Telecare u lanqas ma jaffettwa l-prezz tas-servizz bażiku tat-Telecare għall-anzjani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow