Left arrow Go Back

MALTA SE TIPPARTEĊIPA FIS-SALON INTERNATIONAL DE L’AGRICULTURE LI SE JSIR F’PARIĠI

PR0271
Date Icon 23/02/2005

Malta se tipparteċipa għall-ewwel darba fis-Salon International de l’Agriculture li se jsir f’Pariġi, fi Franza, bejn is-26 ta’ Frar u s-6 ta’ Marzu.  Is-sehem ta’ Malta qed ikun ko-ordinat mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.  

L-istand ta’ Malta f’din l-attività se jippromwovi l-prodott frisk lokali u se jagħti wkoll importanza lill-prodotti ta’ ikel tipiċi Maltin.  L-istand ta’ Malta se jkun jifforma parti mill-istand ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea li se jfakkar it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea li seħħ fl-1 ta’ Mejju li għadda.  

Bħala parti mis-sehem ta’ pajjiżna fis-Salon, nhar it-Tnejn 28 ta’ Frar se tittella’ serata tipika Maltija li se tinkludi t-tisjir ta’ ikel tipiku Malti, t-tqassim ta’ prodotti tipiċi, kantanti ta’ mużika tradizzjonali u l-esebizzjoni ta’ snajja’ tipiċi bħalma hu x-xogħol tal-bizzilla.  Bħala parti mit-tħejjija għall-parteċipazzjoni f’din l-attività, il-Ministeru talab lill-produtturi ta’ prodotti tipiċi Maltin biex jesebixxu l-prodotti tagħhom mingħajr ebda ħlas għalihom.  Ir-rispons għal din it-talba kien wieħed inkoraġġanti u ma’ l-għoxrin produttur ikkonfermaw is-sehem tagħhom.  

Ta’ min jgħid li mas-700,000 ruħ żaru s-Salon fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet u l-attività ta’ din is-sena hija saħansitra l-akbar waħda li qatt ittellgħet.   Is-Salon ta’ din is-sena se jkun maqsum fi tlett taqsimiet ewlenin – ta’ l-annimali, tal-prodotti tipiċi minn reġjuni diifferenti u taqsima oħra dwar in-natura.  Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jieħdu wkoll sehem mat-30 pajjiż minn madwar id-dinja kollha.  

Is-sehem ta’ Malta qed isir bil-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Ambaxxata Maltija fi Franza.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow