Left arrow Go Back

KOMMEMORAZZJONI GĦAL KARMEN MIKALLEF BUĦAĠAR

PR0267
Date Icon 23/02/2005

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol se jorganizza kommemorazzjoni għal Karmen Mikallef Buħaġar illum it-23 ta’ Frar, fis-Sala Robert Samut, il-Florjana, fis-sitta ta’ fil-għaxija, fejn il-pubbliku hu mistieden.  Karmen Mikallef Buħaġar kienet attiva fost il-Maltin ta’ Lixandra u bħal Ivo Muscat Azzopardi, Nikol Biancardi u kittieba oħrajn ħadmet fl-Għaqda Għat-Tixrid ta’ l-Ilsien Malti fl-Eġittu. Kienet protagonista fit-twaqqif tal-Malta Relief Fund tal-Maltin ta’ l-Eġittu u fil-ġbir ta’ flus u għajnuniet oħra li dawn il-Maltin kienu jagħmlu biex jgħinu lil Malta terġa’ tieħu r-ruħ wara t-tieni gwerra dinjija.  

Karmen twieldet fit-3 t’April 1920 f’Lixandra u kient waħda mill-Maltin li tkeċċew minn darhom minn Nasser wara l-kriżi tas-Suez fl-1954. Membru assidwu ta’ l-Akkademja tal-Malti, hi kienet tammira ferm lil kittieba Maltin, fosthom lil Ġorġ Pisani, Laurent Ropa, Ninu Cremona u fuq kulħadd lil Dun Karm. Fuq l-inizjattiva tagħha, il-Professur Oliver Friġġieri ġabar il-poeżiji kollha fi ktieb wieħed stampat mill-Klabb Kotba Maltin fl-1979 bl-isem “Dun Karm: Poeżiji Miġbura”.  

Karmen Mikallef Buħaġar mietet il-Ħadd 23 ta’ Jannar 2005, fl-età ta’ 84 sena.  Qabel mietet, Karmen Mikallef Buħaġar tat donazzjoni ta’ kotba bil-Malti lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni sabiex jagħmel użu minnhom bi skop tat-tixrid ta’ l-ilsien u l-letteratura ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow