“PERMEZZ TAL-CODE OF CONDUCT IMWAQQAF MILL-ASSOĊJAZZJONI TAL-BANEK, JISTA’ JIBDA JITWAQQAF L-ABBUŻ MILL-UŻU TAĊ-CHEQUES LI MIN JOĦROĠHOM MA JKOLLUX FLUS FIL-BANEK” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO
Waqt laqgħa li s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kellu ma’ numru ta’ self-employed, qal li “nilqa’ b’sodisfazzjoni l-introduzzjoni tal-code of conduct għall-banek lokali li għadha kemm ġiet introdotta mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Bankiera, għaliex dan għandu jgħin biex f’pajjiżna jitnaqqas ħafna ċertu abbuż li kien qiegħed isir fis-settur kummerċjali. Kienu qed jaslu ħafna lmenti minn negozjanti li jitħallsu b’ċekkijiet li mbagħad ma jkunux jistgħu jissarfu għaliex min joħroġhom ma jkollux flus fil-bank.
“Id-diskussjoni mal-banek u mal-Gvern mill-Malta Association of Credit Management għenet ħafna biex issa f’pajjiżna għandna dan il-code of conduct. Issa li jonqos huwa li l-banek tagħna jħarsu dan il-code of conduct biex f’pajjiżna jkollna użu aħjar ta’ cheques.
“Dan il-code of conduct voluntarju għall-banek għandu jgħin biex f’pajjiżna tkompli tiżviluppa l-attvita’ kummerċjali, u dan .għaliex dan il-kodiċi għandu jnaqqas il-probabilita’ ta’ l-abbuż maħluq mill-użu ta’ ċekkijiet li ma jkunx onorati. Huwa meħtieġ li min iħallas b’cheque jara li għandu l-flus fil-bank biex iċ-cheque li jħallas permezz tiegħu jista’ jiġi onorat.
“Għalkemm għadna ma wasalniex li jkollna regolamentazzjoni fuq l-użu taċ-ċekkijiet li ma jissarrfux permezz tal-liġi, dan il-code of conduct huwa pass importanti ’l quddiem biex naraw li l-abbuż fil-ħlas kummerċjali jkun imrażżan.” B’dawn il-kliem, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo għalaq il-laqgħa li kellu mas-self-employed, li esprimew l-approvazzjoni tagħhom għal dan il-pass.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946