Left arrow Go Back

IKTAR MINN LM792,547 F’GĦAJNUNA FINANZJARJA LIS-SETTUR TAT-TIĠIEĠ TAL-BAJD

PR0263
Date Icon 22/02/2005

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u is-Sajd, Dr. Francis Agius, dalgħodu ltaqa’ ma’ wieħed mill-produtturi tal-bajd.  

Dr. Agius spjega li l-popolazzjoni tat-tiġieġ tal-bajd illum tlaħħaq għal iktar minn nofs miljun tiġieġa u l-produzzjoni tal-bajd tlaħħaq madwar il-mitt miljun  bajda fis-sena. F’ Malta hawn 89 razzett liċenzjati tat-tiġieġ tal-bajd. Dan juri illi l-produzzjoni għal dan il-prodott hija suffiċjenti għad-domanda lokali. F’ Malta twaqqfet ukoll assoċjazzjoni ghall-produtturi tal-bajd.  

Dr. Agius qal li taħt perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Gvern innegozja li numru ta’ prodotturi jagħmlu tibdil u titjib fis-sistemi tal-gaġeg għall-istess trobbija tat-tiġieġ tal-bajd.  

Dr. Agius spjega kif il-Gvern hu mpenjat li jgħin lil dan is-settur tal-produzzjoni tal-bajd u is-sena li għaddiet (2004) ingħata bħala sussidju ’l fuq minn Lm 792, 547. Dan is-sussidju qed iservi biex isir it-tibdil neċessarju: fl-ambjent ta’ l-irziezet, biex jinxtraw gaġeg, biex ikun jista’ jinxtara il-makkinarju li jittimbra l-bajd, jitjieb il-marketing ta’ dan il-prodott kif ukoll jitjieb u jsir ristrutturar fid-demmiela tar-razzett skond il-kodici ta’ metodi ta’ biedja għaqlija.  

Dan għalhekk ixejjen il-kritika minn ċertu esponenti li jgħidu li s-sussidju huwa suiċijdju. Dan ukoll juri illi is-sussidju li qed jingħata qed jirrifletti fit-titjib ta’ l-irziezet, il-ħarsien tat-tjur, provista ta’ prodott frisk u ta’ kwalita’, sistema ta’ iġjene, li l-iskop kollu ta’ dawn huwa biex il-konsumatur igawdi minn dawn il-benefiċċji kollha, temm jgħid Dr. Agius.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow