ID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA PUBBLIKA JINFORMA LILL-PUBBLIKU DWAR POSSIBILITÀ TA’ KONTAMINAZZJONI
PR0262
22/02/2005
Skond l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u r-Regolament Ewropew 178 ta’ l-2002, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li bħala prekawzjoni, skond l-informazzjoni li għandu permezz ta’ ‘Rapid Alert System for Food and Feed’, il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilita’ ta’ kontaminazzjoni ta’ kulur illegali, speċifikament ‘Sudan Red’:
| Isem tal-prodott: | Worchestershire Sauce |
| Ditta: | Crosse & Blackwell |
| Daqs: | Kull Daqs |
| Maħfen: | Fliexken tal-Ħġieġ |
| Data ta’ Durabilita’ minima: | 2008, 2009, & 2010 |
Għall-aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fuq numri tat-telefon – 21332225 jew 21337333 mit-8.00 ta’ fil-għodu sat-3.00 ta’ wara nofs inhar.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946