Left arrow Go Back

PR0257

PR0257
Date Icon 21/02/2005

Il-Ministru George Pullicino appella biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu mill-qrib mal-Gvern fis-settur ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart.  Il-Ministru Pullicino qal li għad hawn numru ta’ kunsilli li minkejja li ħadu l-flus allokati lilhom mill-Gvern ċentrali għat-twaqqif ta’ bring-in sites, dawn għadhom ma sarux. 

George Pullicino qal li jekk dawn jibqgħu ma jsirux fi żmien qasir il-Gvern kien se jieħu lura s-somma allokata ta’ Lm1,500 u jwaqqaf il-bring-in site hu stess. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal dan meta kompla bil-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet l-aktar konċernati wara li fil-jiem li għaddew tħabbar il-ftuh tal-process tat-tender ghar-riabilitazzjoni tal-mizbliet u l-pubblikazzjoni tar-rapport Scott Wilson.  Dan ir-rapport, li kien ikkummissjonat mill-Gvern, jaghti stampa ta’ l-istat tal-mizbliet tal-Maghtab, il-Qortin u Wied Fulija u jagħti wkoll rakkomandazzjonijiet għar-riabilitazzjoni tagħhom. 

Il-Ministru Pullicino ltaqa’ mal-Kunsilli Lokali tax-Xagħra, iż-Żebbuġ u n-Nadur u matulha ngħataw dettalji dwar is-sejbiet tar-rapport dwar il-miżbla tal-Qortin.  Din il-laqgħa saret wara li matul il-ġimgħa l-oħra saret laqgħa oħra mal-Kunsilli Lokali taż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba u Ħal Safi li fiha kienet diskussa l-miżbla ta’ Wied Fulija li tinsab fil-limiti taż-Żurrieq. 

Intant ta’ min ifakkar li s-summary report ta’ madwar 200 paġna jinsab fuq il-website tal-Ministeru www.mrae.gov.mt u kull min irid jakkwista kopja sħiħa tar-rapport jista’ jikkuntattja lill-WasteServ.  

It-tender għar-riabilitazzjoni tal-miżbliet tal-Magħtab, il-Qortin u Wied Fulija għandu valur ta’ €8.4 miljuni u qed ikun iffinanzjat mill-fondi strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow