Left arrow Go Back

“SER TKUN IMPLIMENTATA WEGĦDA MOGĦTIJA FID-DISKORS TAL-BUDGET LI SER TGĦIN BIEX LIS-SELF-EMPLOYED JINĦAFRULHOM IL-MULTI TAL-VAT”

PR0236
Date Icon 17/02/2005

“Il Gvern ser jimplimenta l-iskema li ħabbar fil-budget ta’ din is-sena, li permezz tagħha ser ikun qiegħed jagħti opportunità biex self-employed u sidien ta’ negozji żgħar ikunu jistgħu jinħafrulhom il-multi li għandhom minħabba nuqqas ta’ ħlas dovut fuq il-VAT.  

“Din l-opportunità qiegħda tingħata lil dawk il-persuni kollha li kellhom multi xi jħallsu għaliex s’issa kien għadhom ma ħallsux il-VAT.  Il-Gvern qiegħed jagħti l-opportunità lil dawk li jmorru jħallsu il-VAT, flimkien ma’ l-imgħax dovut, sat-30 ta’ Ġunju li t-taxxa addizzjonali tkun tista’ titneħħa kollha.  Dan ifisser li kull persuna li għandha tħallas kontijiet pendenti tal-VAT, issa ser tkun mitluba tħallas biss il-VAT u l-imgħax dovut, u ma jkollhiex bżonn tħallas il-multa li hija magħrufa wkoll bħala t-taxxa addizjonali.  

“Din l-opportunità hija possibbli għal kull min imur iħallas il-kontijiet pendenti tiegħu tal-VAT sat-30 ta’ Ġunju 2005.“  B’dawn il-kliem is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fetaħ lagħqa ta’ djalogu ma’ numru ta’ self-employed meta kien qiegħed iżur iż-żona industrijali tal-Ħandaq.  L-Onor. Vassallo kompla billi qal li “is-sodisfazzjon tiegħi hija li din il-proposta kienet ingħatat lill-Ministeru tal-Finanzi għaliex mil-laqgħat li kellna ma’ bosta self-employed ħarget ċara il-preokkupazzjoni tagħhom li ħafna drabi l-multa tispiċċa għola mill-ħlas tal-VAT dovuta.  

“Din l-skema hija inizjattiva oħra tal-Gvern fl-impenn tiegħu biex jissimplifika l-proċeduri tiegħu u hekk ikun qiegħed inaqqas il-burokrazija żejda li teżisti.  Nawgura li kif issa qed isir f’rigward tal-ħlas tal-VAT isir ukoll fir-rigward tal-ħlas tat-Taxxa.

Permezz ta’ skemi bħal dawn il-Gvern ikun qiegħed iserraħ moħħu li ser jiġbor dak li huwa dovut lilu, filwaqt li fl-istess ħin jagħti opportunità li l-multi jinħafru.  

Skond informazzjoni mogħtija mis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech, l-ammont dovut lill-Gvern mill-multi kien jitla’ sa LM5 miljun lira.  Issa dawn il-flus ser jibqgħu f’idejn is-self-employed u s-sidien ta’ negozji, u jiena persważ li dawn il-flus ser jerġgħu jiġu nvestiti lura fl-attività kummerċjali ta’ pajjiżna.”  

Qabel ma s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo għadda biex jirrispondi il-mistoqsijiet ta’ dawk preżenti, temm billi awgura “li issa l-accountants u s-self-employed jieħdu din l-opportunità u jużaw l-iskema ta’ maħfra tal-multa biex b’hekk iħallsu dak li huwa dovut lill-Gvern bħala VAT u imgħax.  Dawn l-inizjattivi huma ta’ għajnuna għal min qiegħed fin-negozju, u fuq kollox huma inizjattivi li juru li l-Gvern huwa mpenjat biex jagħmel li jista’ biex jgħin lis-self-employed ikomplu jkabbru n-negozju tagħhom u joħolqu aktar impjiegi ġodda.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow