IL-PRIM MINISTRU JIPPARTEĊIPA FIL-KONFERENZA REĠJONALI TA’ L-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAX-XOGĦOL U FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U L-FINANZI TA’ L-UNJONI EWROPEA
Konferenza Reġjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, Ungerija
Il-Prim Ministru, l-Onor Lawrence Gonzi, illum ħalla Malta għall-Ungerija fejn fuq stedina tas-Segretarju Ġenerali ta’ l-Orgnizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol (ILO), se jindirizza u jieħu sehem fil-Konferenza Reġjonali tal-ILO li se ssir ġewwa Budapest. Il-Prim Ministru se jiltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru Ungeriż Ferenc Gyurcsany.
Laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea u l-President tal-Parlament Ewropew, Brussel
Għada l-Prim Ministru mistenni jħalli l-Ungerija għal Brussel fejn se jkollu laqgħat mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jose Maria Durao Barroso, kif ukoll laqgħat mal-Kummissarji Gunter Verheugen, Danuta Hubner, Joe Borg, Joaquim Almunia u Laszlo Kovacs. Il-Prim Ministru se jiltaqa’ wkoll mal-President tal-Parlament Ewropew, Josep Borrell.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi u l-Ko-ordinatur tal-Komunikazzjoni għall-Prim Ministru, Alan Camilleri.
Kunsill tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea
Nhar il-Ħamis jingħaqdu mal-Prim Ministru s-Segretarju Parlamentari, Tonio Fenech u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Paul Zahra u flimkien jattendu l-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Taħdidiet mal-Prim Ministru tal-Belġju.
Il-Prim Ministru se jkollu wkoll taħdidiet mal-Prim Ministru tal-Belġju, Guy Verhofstadt.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta nhar il-Ħamis 17 ta’ Frar.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946