INVEST IN MALTA, FIND OUT MORE – INIZJATTIVA MINN DHL
“Malta għandha opportunità li ssir ċentru reġjonali ta’ distribuzzjoni għal numru żgħir ta’ industriji. It-tendenza llum hi li kumpaniji kbar jixtru minn barra servizzi ta’ ħażna (warehousing) u trasport. L-industrja tas-servizz tal-loġistika għaddejja minn fażi ta’ konsolidazzjoni.”
Dan qalu l-Ministru Austin Gatt meta kien preżenti waqt it-tnedija ta’ set ta’ tliet stickers b’messaġġi kummerċjali li se jitwaħħlu mal-parcels li twassal barra minn Malta għal destinazzjonijiet kemm fl-Ewropa kif ukoll globali.
It-tliet messaġġi fuq l-istickers huma: invest in Malta, find out more, relocate to Malta, find out more, u holiday in Malta, find out more u jinkludu wkoll l-indirizz tal-websites tal-Gvern, tal-Malta Enterprise u ta’ l-MFSA. L-iskop ta’ dawn l-istickers hu li jħajjar in-nies iżuru dawn il-websites, b’hekk jgħinu biex jiġġenera l-interess, l-investiment u l-ivvjaġġar kummerċjali f’Malta.
Il-Ministru Gatt fisser li qed jikber il-bżonn li produttur iħejji prodott skond il-gosti tas-suq tiegħu. Qed jikber għalhekk il-bżonn li kumpaniji jqarrbu l-operat tagħhom lejn fejn jinsab il-konsumatur. Din hi l-opportunità biex Malta toffri xi valur miżjud fuq prodotti maħżuna hawn.
Austin Gatt kompla li l-Gvern għaraf il-potenzjal ta’ dan is-settur u identifikah bħala priorità tiegħu. Huwa fakkar li matul din is-sena se nkunu qed nieħdu miżuri biex intejbu l-kompetittività tagħna. Kif tħabbar fl-aħħar Budget, il-Gvern ser jintroduċu 50% tax credit fuq l-investiment kapitali lil min jiżviluppa jew itejjeb faċilitajiet ta’ ħażna. Ser innaqqsu b’aktar minn nofs, l-ispejjeż relatati mal-portijiet biex inpattu għall-iżvantaġġ li għandha Malta mal-kompetituri tagħha.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946