Left arrow Go Back

MESSAĠĠ GĦAL JUM IL-ĦAJJA

PR0171
Date Icon 03/02/2005

F’messaġġ għal Jum il-Ħajja, il-Ministru Għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, Dolores Cristina qalet li t-tema marbuta ma’ dan il-jum hija ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja nnifisha fl-aktar mod wiesgħa. Tinkludi d-drittijiet tat-trabi li għadhom mhux imwielda u tiffoka wkoll fuq il-kwalita’ tal-ħajja u d-drittijiet tat-tfal, fosthom id-dritt li jgħixu fid-dinjita’ u fl-imħabba’.  

Kienet is-sena li għaddiet li Malta ċċelebrat għall-ewwel darba Jum il-Ħajja. F’Għawdex din iċ-ċelebrazzjoni ilha ssir għal dawn l-aħħar 18-il sena fl-ewwel Ħadd ta’ Frar. Il-bidu taċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-jum f’Għawdex jmur lura għall-ftuħ ta’ Dar Giuseppa Debono li tilqa’ fi ħdanha ommijiet mhux mizzewġa. Fl-Italja dan il-jum huwa magħruf bħala Giornata per la Vita u ilu jkun ċċelebrat għal dawn l-aħħar 26 sena.  

Din is-sena, it-tema marbuta ma’ dan il-jum hija il-fiduċja fil-ħajja. Dan ifisser li meta kull persuna taħseb f’ħaddieħor, l-għemil tagħha jkun qed juri li nistgħu nafdaw lil xulxin.  

Skond dan il-ħsieb, it-tfal jistgħu jafdaw fil-kbar li jieħdu ħsiebhom sa mill-konċepiment u matul it-tfulija tagħhom. Jistgħu jserħu rashom li l-adulti se juru rispett sħiħ għad-dinjita’ tagħhom matul il-ħajja u fiċ-ċirkostanzi diversi li jistgħu jsiebu ruħhom fihom.  

“Nixtieq illum nagħmel appell dwar il-fostering, sabiex it-tfal tagħna jsibu min jaċċetthom ġewwa l-familja. F’ċirkostanzi meta mhuwiex possibbli li t-tfal jgħixu mal-ġenituri tagħhom għal xi żmien, il-fostering jagħti l-opportunita’ lil dawn it-tfal li jibnu relazzjoni mal-foster carers tagħhom. Permezz ta’ dan, it-tfal ikunu f’qagħda aħjar fil-ħajja biex jistgħu jissieltu mad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom,” qalet il-Ministru Cristina. “Nirringrazzja lill-foster carers li qed jilqgħu lil ħafna tfal mid-djar residenzjali fil-familja tagħhom. Dawn it-tfal qed ikollhom l-opportunita’ li jgħixu ħajja fil-qalba tal-familja, imdawwrin minn nies li jħobbuhom u jipproteġuhom,” kompliet tgħid il-Ministru Cristina.  

Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħajja, il-Ministru Cristina se tindirizza seminar organizzat minn Dar Ġużeppa Debono u l-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ dwar is-Sesswalita’ u l-Bidu tal-Ħajja tal-Bniedem, nhar is-Sibt 12 ta’ Frar, fil-Kappella tal-Millennju f’Paceville.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow