LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PROĊEDURI LI SER JINTUŻAW FIL-ĠBIR TA’ L-EKO-KONTRIBUZZJONI
Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, b’kollaborazzjoni ma’ l-Ufficju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi ser ikun qiegħed jorganizza laqgħa ta’ informazzjoni dwar kif ser titħaddem din il-kontribuzzjoni fis-settur kummerċjali. Il-kelliema ewlenija ta’ din il-laqgħa ser ikunu uffiċjali għolja mid-Dipartiment tal-VAT. Din il-laqgħa se ssir biex jiġi żgurat li kull min ikollu bżonn ta’ xi informazzjoni dwar kif ser titħaddem l-eko-kontribuzzjoni jkun jista’ jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu. Il-laqgħa hija maħsuba wkoll biex tirrispondi dawk il-mistoqsijiet li jistgħu jkollhom negozjanti dwar kif fil-fatt ser tinġabar l-eko-kontribuzzjoni, x’proċeduri ser jintużaw u dwar kif ser jiġu affettwati setturi differenti fil-kummerċ.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946