Left arrow Go Back

REGOLARIZZAZZJONI TA’ ARRETRATI DWAR LICENZJI TA’ VETTURI BIL-MUTUR. (LN 13 TA’ 2004)

PR95
Date Icon 28/01/2004

Ir-Regolamenti l-godda dwar ir-regolarizzazzjoni ta’ Arretrati dwar Licenzji ta’ Vetturi bil-Mutur ser jidhlu fis-sehh fid-29 ta’ Jannar 2004. 

Minn rapporti migbura mid-Direttorat tal-Licenzji u Ttestjar jidher illi ghandna, madwar 8,000 vettura bi pjanci qodma, u 16,000 vettura ohra bi pjanci godda (ta’ wara 1995) li ghalihom ma thallsitx il-licenzja tat-triq ghal numru ta’ snin.  Hu probabli li hafna minn dawn il-vetturi lanqas biss ghadhom jezistu. 

Fil-jiem li gejjin, l-Awtorita’ ser tibghat ittra lil dawn il-persuni li ghandhom vetturi bi pjanca antika u li ilhom ma jhallsu il-licenzja tat-triq  biex tgharrafhom illi jekk ma jirregolarizzawx il-pozizzjoni taghhom u jhallsu l-arretrati pendenti fi zmien sitt xhur, l-Awtorita’ ser tiehu l-passi mehtiega biex tiskrappja dik il-vettura.  Kull sid ta’ karozza li jkun jixtieq jirregolarizza l-pozizzjoni tieghu jew li jkun jixtieq jiggaraxxja l-vettura tieghu fiz-zmien stipulat bil-ligi (6 xhur), huwa mheggeg li jikseb izjed informazzjoni mill-Arrears Unit Help Desk tad-Direttorat tal-Licenzji u Ttestjar jew jibghat ittra lill-istess Direttorat bl-intenzjoni tieghu. 

Wara li jkunu rregistraw mad-Direttorat matul is-sitt xhur li gejjin is-sidien ser ikollhom ic-cans sa xahar wara l-gheluq tas-sitt xhur biex jghaddu lid-Direttorat id-dokumenti kollha mehtiega.

F’kaz li jkun hemm citazzjonijiet pendenti fuq il-vettura, dawn xorta jridu jithallsu u l-vettura ma tkunx tista’ tigi skrappjata jew ggaraxxjata qabel ma dan isir.


Kif ser jitmexxa l-process:

Sidien ta’ Vetturi li jridu  jinfurmaw lill-awtorita’ li dawn íew skrappjati iridu –  

  1. Jgharrfu lid-Direttorat bil-miktub
  2. Iridu jhallsu ic-citazzjonijiet kollha pendenti
  3. Iridu jiehdu íurament.

Dawn il-klijenti ser jiġu ezentati milli jħallsu l-arretrati pendenti.


Sidien li jixtiequ jiskrappjaw il-vettura taghhom, iridu – 

  1. Jgħarrfu lid-Direttorat bil-miktub
  2. Iridu jħallsu c-citazzjonijiet kollha pendenti
  3. Iridu jipprezentaw id-Dokumenti kollha meħtiega, inkluzi l-pjanci

Dawn il-klijenti ser jiġu eżentati milli jħallsu l-arretrati pendenti.

Sidien ta’ vetturi li jridu jinfurmaw lill-Awtorita’ li dawn il-vetturi kienu gew iggaraxxjati, jridu -  

  1. Jgħarrfu lid-Direttorat bil-miktub
  2. Iridu jħallsu c-citazzjonijiet kollha pendenti
  3. Iridu jiehdu gurament.

Dawn il-klijenti ser jingħataw skont ta’ 66% fuq l-arretrati pendenti. 

Sidien li jixtiequ jħallsu l-arretrati u jżommu l-karozza fuq it-triq, iridu –

  1. Jgħarrfu lid-Direttorat bil-miktub
  2. Iridu jhallsu c-citazzjonijiet kollha pendenti
  3. Iridu jhallsu l-licenzja tat-triq għas-sena kurrenti
  4. Iridu jippreżentaw id-Dokumenti kollha mehtieía.

Dawn il-klijenti ser jingħataw skont ta’ 33% fuq l-arretrati pendenti.

Fl-eventwalita’ li jkun ghad hemm numru ta’ sidien li jkunu ghadhom ma kkomunikawx mad-Direttorat fiz-zmien stipulat, l-Awtorita’ ma jkollha l-ebda alternattiva hlief li tiehu passi legali kemm Civili kif ukoll Kriminali kif inhu provdut fil-ligi. 

Is-sidien li ghandhom vetturi bi pjanci qodma huma mgharrfa illi jekk ma jsirx kuntatt mad-Direttorat sad-29 ta’ Lulju, 2004, il-vettura taghhom ser tigi awtomatikament maqtugha mill-listi tad-Direttorat u biex tinghata pjanca gdida tkun trid tithallas it-taxxa tar-registrazzjoni tal-vettura mill-gdid. 

Marbuta ma’ l-introduzzjoni ta’ dawn ir-regolamenti hemm ukoll l-introduzzjoni, mill-1 ta’ Jannar, 2004, (LN 405 ta’ 2003) tar-regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tnehhija ta’ Oggetti ta’ Ingombru.  

Permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti, il-Kummissarju tal-Pulizija jew Kunsill Lokali jista’ jnehhi kull vettura li ma tkunx thallsitilha l-licenzja tat-triq ghal xi sena kurrenti kull meta l-licenzja tkun skadiet b’aktar minn tliet xhur.  

Skond ir-regolamenti, il-vettura ma tistax tinghata lura lis-sid taghha qabel ma tkun giet mhallsa l-licenzja tat-triq tal-vettura bl-arretrati kollha u l-multa normali tat-towing applikabbli.  F’kaz illi l-vettura tigi skrappjata mill-Awtoritajiet, is-sid ser ikun obligat li jhallas multa ta’ mhux izjed minn Lm 500. 

Huwa ghalhekk importanti illi kull persuna li f’isimha ghandha rregistrata vettura mhix koperta b’licenzja tat-triq ghandha minnufih tirregolarizza l-pozizzjoni taghha biex tevita tehel izjed spejjez.

Membri tal-pubbliku li jixtiequ aktar informazzjoni jistghu jikuntatjaw is-sezzjoni tal-customer carefid-Direttorat tal- Licenzi u Ttestjar fi hdan l-Awtorita’ Dwar it-Trasport fuq numru 21 247955/6.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow