Left arrow Go Back

NASSIGURAW LI JKOLLNA PRODOTTI TAL-KOSTRUZZJONI LI HUMA KONFORMI MA’ STANDARDS TA’ SIGUREZZA LI JKUN ĊĊERTIFIKATI BIL-MARKA ‘CE’

PR94
Date Icon 28/01/2004

“F’pajjiżna għandna ndustrija tal-manifattura ta’ prodotti tal-kostruzzjoni li jeħtieġ li tkun mgħejjuna biex il-prodotti li timmanifattura jkunu ċċertifikati bħala prodotti, li meta jkunu użati, ma jkunux ta’ periklu.  Dan irid isir iżda b’attenzjoni kemm lejn l-istandards ta’ kwalita kif ukoll b’attenzjoni speċjali lejn il-prezz diġa’ mħallas tal-manifattura ta’ dawn il-prodotti.  Il-kompatibilita’ ma’ standards ta’ kwalita’ li jassiguraw li dawn il-prodotti jkunu safe għal użu tagħhom minn min jixtrihom biex jużhom fil-bini, ma għandhomx ikunu raġuni għaliex għandha togħla l-ispiża tal-manifattura ta’ dawn il-prodotti.  Dan għaliex min diġa’ qed jaħdem bi standards ta’ kwalita’, mhux ser ikollu proċeduri x’iżid fil-manifattura u aktar x’jagħmel, biex ikun jista’ jagħti l-marka tac-CE lill-prodotti tiegħu.” 

Dawn kienu l-kummenti li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ghamel meta kien qed jitkellem fil-konferenza organizzata mill-Malta Standards Authority dwar Conformity Assessment u Notified Bodies fuq Prodotti tal-kostruzzjoni.  Dwar l-impatt tal-ħidma ta’ dawn in-notified bodies.  Dwar l-użu ta’ prodotti manifatturati għall-kostruzzjoni, l-Onor. Vassallo kompla jgħid li: “bir-regolamenti l-ġodda bħalma ser ikun qiegħed isir f’kull settur ieħor, qed ikun garantit li l-konsumatur jiġi offrut biss prodotti bil-marka CE, u dan ifisser li dawk il-prodotti ġew iċċertifikati bħala safe għall-użu.  Dan huwa kunċett fejn irridu norbtu l-bejgħ tas-sigurezza mal-manifattura tal-prodotti tagħna.  Fis-Suq tagħna, issa għandna suq ġdid ta’ servizz li s’issa f’pajjiżna ma kienx qed jingħata u dan huwa s-servizz tan-notified bodies li ser ikunu dawk in-negozji li ser joffru s-servizz tagħhom biex huma jiċċertifikaw il-prodotti li qed ikunu manifatturati f’pajjiżna. 

Il-kwalita’ u s-sigurezza tal-prodotti għall-bejgħ, kollha għandhom iwasslu biex f’pajjiżna jkollna manifattura serja li taħdem biex tbiegħ prodott tajjeb u safe għall-konsumatur.  Il-kwalita’ u s-sigurezza meta jkunu ggarantiti jiswew kemm għall-konsumatur kif ukoll għal manifattur, u dan għaliex maż-żmien, ser ikun hemm inqas spejjeż x’wieħed jagħmel fuq dawk il-prodotti mixtrija li jkunu ġew iċċertifikati bħala safe għall-użu tagħhom.  ‘Il quddiem dak li qed ngħidu llum irid jagħmel aktar sens meta nitkellmu aktar dwar il-klassifikazzjoni tal-kuntratturi, li ser ikun proċess ikkumbinat mar-reġistrazzjoni ta’ l-istess kuntratturi.”   

Dan is-Seminar sar bl-iskop li jagħti aktar informazzjoni dwar is-servizz il-ġdid li issa jeħtieġ li jkun organizzat biex f’pajjiżna nkunu nistgħu noffru s-servizz tan-notified bodies lis-settur tal-manifattura ta’ prodotti għall-kostruzzjoni.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow