Left arrow Go Back

ĊERIMONJA TA’ L-GĦOTI TAL-PREMJIJIET LIT-TFAL TA’ L-ISKOLA

PR906
Date Icon 28/05/2004

ĊERIMONJA TA’ L-GĦOTI TAL-PREMJIJIET LIT-TFAL TA’ L-ISKOLA

Il-Kampanja Kabbar Siġra għal din is-sena intemmet illum biċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-Premjijiet li saret fiċ-ċentru tar-Riċerka u l-Iżvilupp Agrikolu, l-Għammieri. L-Onor. George Pullicino, Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, flimkien mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Agrikultura u Sajd, l-Onor. Frans Agius, kellmu lil madwar 200 student u qassmu l-premjijiet lill-iskejjel li ġabru l-akbar punteġġ f’din il-Kampanja.

B’kollox din is-sena ħadu sehem 50 skola, li tnejn minnhom huma minn Għawdex. L-iktar skola li għamlet suċċess kienet is-Senior School tas-Sacred Heart li rebħet tlieta mill-ħames Kategoriji, li fosthom hemm il-Kategoriji ta’ l-ogħla numru ta’ siġar imkabbra minn skola waħda.

L-iskop ta’ din il-Kampanja huwa li jgħallem lit-tfal biex jibdew japprezzaw l-importanza tas-siġar fl-ambjent naturali. Meta t-tfal jibdew jitgħallmu kif ikabbru s-siġar fil-klassijiet tagħhom, jibdew jitħeġġu biex, minn eta’ żgħira, jagħtu sehemhom fil-ħarsien tan-natura u ta’ l-imsaġar.

Il-Kumitat Siġar fl-Iskejjel, barra milli jorganizza din il-Kampanja, jorganizza ukoll mixjiet fil-Kampanja tul il-Ġimgħa tas-Siġar, li ssir f’Jannar ta’ kull sena. Ta’ min jgħid ukoll illi membri ta’ dan il-kumitat jagħtu taħditiet fl-iskejjel stess. Il-kumitat iħeġġeġ sabiex iktar skejjel privati jieħdu sehem f’din il-kampanja, minħabba li bħalissa ftit minnhom biss qed jagħtu sehemhom.

Se jsir kors in-service dwar il-Ħarsien tan-Natura u ta’ l-Imsaġar. Dan il-kors li se jsir fil-bidu ta’ Lulju, huwa organizzat mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Siġar fl-Iskejjel. Dan il-kors mhuwiex miftuħ biss għal dawk l-għalliema li jirrapreżentaw lill-iskejjel tagħhom fil-Kumitat Siġar fl-Iskejjel, imma għal dawk l-għalliema kollha li jinteressaw ruħhom f’dan is-suġġett. Iktar tagħrif jista’ jinkiseb billi jsir kuntatt ma’ Dr Charles F. Grech  f’dan l-indirizz elettronik: cf.grech@mail.global.net.mt

DOI – 28.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow