Left arrow Go Back

SINJAL TA’ LUTTU MILL-IMHALLFIN U MAGISTRATI

PR888
Date Icon 26/04/2004

SINJAL TA’ LUTTU MILL-IMHALLFIN U MAGISTRATI


Il-Korp ta’ l-Imħallfin u l-Maġistrati llum waqqfu l-ħidma tagħhom fil-Qrati bħala sinjal ta’ luttu minħabba l-qtil ta’ l-avukat Dottor Michael Grech li seħħ fil-lejl li għadda.

L-Aġent Prim Imħallef ġie infurmat li l-Kamra ta’ l-Avukati ddikjarat nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Mejju 2004 bħala Jum ta’ Luttu fost il-membri tagħha u tathom direttiva biex ma jattendux il-Qorti f’dak il-jum.

Bħala sinjal ta’ rispett lejn il-mibki avukat Michael Grech u lejn il-familjari tiegħu, kif ukoll b’sens ta’ solidarjeta` mal-Kamra ta’ l-Avukati, l-Aġent Prim Imħallef qiegħed jirrakkomanda lill-Imħallfin u l-Maġistrati kollha li l-kawżi kollha li kellhom jinstemgħu nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Mejju 2004 kemm fil-Qrati Inferjuri u kif ukoll fil-Qrati Superjuri jiġu ddifferiti għal ġurnata oħra.


DOI – 26.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow