Left arrow Go Back

TKOMPLI IZ-ZJARA TAL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TA’ INVESTIMENT FIC-CINA

PR884
Date Icon 26/05/2004

TKOMPLI IZ-ZJARA TAL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TA’ INVESTIMENT FIC-CINA

Id-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’ Investiment, l-Onor. John Dalli illum kellha laqgha mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ciniz, Li Zhaoxing. Il-Ministru Ciniz ferah lil Malta ghas-shubija taghha fl-Unjoni Ewropea.  

Iz-zewg Ministri esprimew is-sodisfazzjon taghhom ghar-relazzjonijiet eccellenti bejn iz-zewg pajjizi li ilhom jezistu ’il fuq min tletin sena.  

Il-Ministru Dalli fisser il-pozizzjoni l-gdida ta’ Malta bhala membru ta’ l-Unjoni Ewropea li taghtiha vuci importanti f’din l-Unjoni. Huwa ddeskriva lil Malta bhala pozizzjoni logistika minn fejn ic-Cina tista tilhaq kemm is-swieq Ewropej kif ukoll is-swieq ta’ l-Afrika ta’ fuq. Il-Ministru Dalli ikkonferma l-appogg ta’ Malta ghal principju ta’ Cina wahda b’zewg sistemi.  

Il-Ministru Dalli rega’ sahaq fuq kif Malta tista’ tghin fl-attivita’ ekonomika tac-Cina fil-Mediterran. Malta tixtieq tara aktar investiment mic-Cina u t-tkabbir tar-ritmu ekonomiku bejn  iz-zewg pajjizi.  

Is-sessjoni li jmiss tal-Kummissjoni Mhallta Maltija-Ciniza ser issir f’Malta s-sena d-diehla u stieden lill-Ministru Li Zhaoxing biex izur Malta .  

Wara nofs in-nhar id-delegazzjoni Maltija flimkien ma’ l-Ambaxxata Maltija f’Beijing organizzat Seminar ghall-promozzjoni ta’ l-investiment li gie inawgurat mill-Ministru John Dalli u kien indirizzat mis-Sur Mark Portelli, Chairman tal-Malta Freeport, mis-Sur Joe Zammit Tabona, Chairman Malta Enterprise u mis-Sur Michael Piscopo, Direttur ta’ l-MTA.  

Is-seminar li sar fil-Grand Hotel Beijing , kellu attendenza numeruza mis-settur Turistiku, Marittimu, Industrijali u Finanzjarju.

DOI – 26.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow