WATER STORM PROJECT - PROGRESS SOSTANZJALI FIL-PROGETTI RELATATI MA’ L-GHARGHAR
Il-Xoghlijiet fuq il-progett li ghandu jwassal sabiex ikunu evitati gharghar fl-inhawi ta’ Hal-Qormi u l-Marsa jinsab ghaddej b’ritmu mghaggel. Dan qalu l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit meta zar ix-xoghlijiet biex isegwi l-progress ta’ l-ewwel fazi ta’ dan il-progett ambizzjuz.
Wara l-maltempata tal-15 ta’ Settembru tas-sena l-ohra, il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura kien inkariga grupp ta’ Periti u Inginiera mit-Taqsima tax-Xoghlijiet sabiex jevalwaw il-hsarat kagunati u sussegwentament ifasslu pjan sabiex jibda x-xoghol b’mod immedjat halli l-problemi ta’ dakinhar ma jergghux jirrepetu ruhom.
L-ewwel pass ta’ l-istudju kien jikkonsisti li jigi determinat il-kagun tal-hsara li saret wara dik il-maltempata. L-istudji kkonkludew li fil-Marsa u Hal-Qormi, l-inhawi l-iktar suggetti ghall-gharghar, kienu minn Triq Manuel Dimech, jigifieri l-Marsa Catchment, sa hdejn Xatt il-Mollijiet biswiet Cassar Shipyard. Gie mfassal pjan ta’ twessigh u manutenzjoni tal-wied jew watercourse biex ikun jista’ jlahhaq ma’ volumi kbar ta’ ilma tax-xita. L-istudju kien jinkludi wkoll program ta’ xoghol biex jigu modifikati diversi strutturi li jinsabu fil-‘water course’ bil-ghan li ma jfixklux il-volum ta’ l-ilma f’maltempati simili.
Il-Perit Ninu Zammit stqarr li x-xoghol ta’ twessiegh tal-water course li jghaddi bejn in-Nylon Knitting u l-fabbrika tal-Lowenbrau issa huwa lest u fil-granet li gejjin se jitwaqqqa` l-bridge f’Lion Street sabiex jitnehhew strutturi li kienu qed ikunu ta’ mblokk ghall-ilma. Minflok ser jinbena bridge gdid ta’ 12-il metru li jippermetti passagg ta’ volum akbar ta’ ilmijiet.
Il-Ministru Ninu Zammit spjega li dan il-progett hu maqsum f’zewg fazijiet u jkopri wkoll xoghlijiet simili f’Burmarrad u s-Salina. L-ewwel fazi tikkonsisti fi twessiegh tal-water courses, iddevjar ta’ cables ta’ l-elettriku, twaqqiegh ta’ strutturi li kienu qed itellfu jew jimblukkaw il-korsa ta’ l-ilma, twaqqiegh u bini mill-gdid ta’ pontijiet kif ukoll bini ta’ hitan bhala retaining walls. Dawn ir-retaining walls qed jinbnew b’vazi tal-gebel maqtughin bit-talut. Il-gebel jew vazi qed jigu maqtugha fil-barriera tal-Gvern f’tar-Robba fejn ricentament sar investiment b’xiri ta’ makkinarju specjali li kapaci jaqta’ l-gebla skond il-bzonn tal-progett koncernat. Ma’ dan ix-xoghol ukoll se jsir tindif (dredging) fil-kanal tax-Xatt il-Mollijiet fil-Marsa u fis-sokkorsu tas-Salina. Ser jitkompla ukoll t-tindif tal-widien kollha li jwasslu ghal dawn il-water courses sabiex jigi evitat kull imblokk possibli.
Il-Ministru Ninu Zammit qal li l-Gvern hu kommess li l-ewwel fazi ta’ dan il-progett tkun kompluta fl-istagun tal-Harifa. Din l-ewwel fazi se tkopri korsa ta’ madwar 1500 metru minn Hal-Qormi sal-Marsa. Eventwalment il-medda ta’ xoghlijiet minn Burmarrad sas-Salini ser tkun ta’ madwar 1200 metru.
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura tenna li mill-kliem issa l-Gvern ghadda ghall-implimentazzjoni rigward din il-problema ta’ l-gharghar fil-Marsa, Hal-Qormi u f’Burmarrad. Hawnhekk il-Ministru rrefera ghat-talba milqugha li Malta ssottomettiet, b’relazzjoni mal-hsarat li pajjizna garrab f’Settembru tas-sena l-ohra. Hu qal li l-investiment globali li se jintefaq ghal dawn il-progetti taqbez ‘l fuq minn miljun Lira Maltin, li minnhom madwar Lm450,000 inghataw lill-Malta mill-Fond tas-Solidarjeta` ta’ l-UE.
Finalment il-Ministru tenna wkoll li x-xoghol kollu fuq dan il-progett fl-inhawi ta’ Hal-Qormi u tal-Marsa, kif ukoll la jinbeda x-xoghol f’Burmarrad qed isir mill-haddiema tal-Gvern li qeghdin jahdmu fuq programm ta’ xoghlijiet stabbilit bil-ghan li bil-kooperazzjoni ta’ kulhadd, dan il-progett jhalli l-frott mixtieq. Il-Ministru Ninu Zammit irringrazzja lill-Periti u l-haddiema kollha nvoluti f’dan il-progett kif ukoll lid-dirigenti tal-Marsa Sports Club u tal-Marsa Golf Club li qedghin jikkoperaw bis-shih f’dan il-progett.
DOI – 26.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en