Left arrow Go Back

JINAWGURA BINI GDID GHALL-AMBAXXATA MALTIJA F’BEIJING FIC-CINA

PR880
Date Icon 26/05/2004

Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Investiment, l-Onor. John Dalli, nhar it-Tlieta, fetah ufficjalment il-bini l-gdid tal-ambaxxata Maltija f’Beijing, ic-Cina.  Fid-diskors tal-inawgurazzjoni, il-Ministru Dalli fakkar fir-relazzjonijiet eccellenti li jezistu bejn Malta u c-Cina u awgura li dawn ikomplu jizviluppaw ghall-gid taz-zewg pajjizi.  Il-Ministru Dalli sahaq li Maltaghandha pozizzjoni gdida fl-Unjoni Ewropea li taghtiha vuci importanti u maghha ggib reponsabiltajiet godda.

  Il-Ministru semma’ li jezisti spazju shih sabiex jitkabbru il-kummerc u l-investiment bejn Malta u c-Cina kif ukoll jizdied it-Turizmu.  F’dan il-kuntest, il-Ministru insista li jridu jinstabu  mezzi sabiex tithaffef is-sistema tal-ipprocessar tal-vizi sabiex jigi stimulat it-turizmu Ciniz, inkluz dak tal-istudenti li jitghallmu l-Ingliz.  

Fl-istess gurnata wara nofs in-nhar, saret il-laqgha tal-Kummissjoni Mhallta Maltija-Ciniza preseduta konguntament mill-Ministru John Dalli u l-Vici-Ministru Ciniz tal-Finanzi u l-Kummerc, Zhang Zhigang.  

Il-Vici Ministru Zhigang ferah lill-Gvern Malti ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Iz-zewg nahat sahqu  fuq il-progress kontinwu li sar fir-relazzjonijiet politici u ekonomici li kull ma jmur qed jissahhu.  Il-Ministru Dalli semma’ l-fatt li c-Cina dejjem tat l-ghajnuna taghha lil Malta minghajr ebda rbit filwaqt li, min-naha l-ohra, Malta kienet ta’ ghajnuna lic-Cina f’dak li kien hemm bzonn.  Hu zied ukoll li Malta bhala membru fl-Unjoni Ewropea tkompli taghti s-sostenn taghha lic-Cina b’kull mod possibbli.  

Fost is-suggetti diskussi kien hemm il-Freeport u kif dan jista’ jintuza mic-Cina ghall-hazna u r-ridistribuzzjoni ta’ merkanzija Ciniza lejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq.  Gie suggerit ukoll li l-kumpannija China Shipping tikkonsidra l-possibilita’ li tifforma parti mill-konsorzju li se jopera l-Freeport.  Il-Ministru Dalli fisser kif intraprizi Cinizi jistghu juzaw lil Malta bhala ‘hub’ fil-Mediterran ghal titjiriet bl-ajru, it-trasport marittimu, centru ta’ manifattura fejn jizdied il-valur mizjud necessarju biex ikollhom access ghas-swieq tal-Unjoni, bhala centru ta’ distribuzjoni u bhala lokalita’ logistika fil-Mediterran.  

Min-naha Ciniza, intweriet ix-xewqa li Malta tappoggja fi hdan l-Unjoni Ewropea r-rikjesta taghhom li c-Cina tigi moghtija l-istatus ta’ “market economy” li tippermetti c-Cina access komplet ghas-suq tal-Unjoni.  Il-Ministru Dalli wiegeb li Malta kienet informata dwar il-progress tat-talba Ciniza fl-Unjoni Ewropea u li Malta kienet qed issegwi mill-qrib l-izviluppi f’din il-materja.

DOI – 26.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow