Left arrow Go Back

IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GHALL-PROMOZZJONI TA’ L-UGWALJANZA GHALL-IRGIEL U N-NISA QED TLAQQA’ L-KONTESTANTI TA’ L-EWWEL ELEZZJONI GHAL MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

PR877
Date Icon 25/05/2004


F’Dicembru ta’ l-2003, dahal fis-sehh l-Att 1 ta’ l-2003, l-Att dwar l-Ugwaljanza ghall-Irgiel u n-Nisa, li fih insibu bosta provizjonijiet biex jigi mhares id-dritt ghall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel fl-isferi privati u anki pubblici. Il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza ghall-Irgiel u n-Nisa twaqqfet specifikament biex tassigura li din il-ligi tigi mharsa, li tippromwovi l-ugwaljanza fejn hu necessarju, u tara, li ma jkun hemm ebda forma ta diskriminazzjoni bejn is-sessi.

L-Unjoni Ewropea temfasizza hafna fuq konsiderazzjoni aktar wiesa’ tal-bzonnijiet u l-interessi differenti tan-nisa u rgiel f’socjetà moderna, fic-cirkostanzi differenti tal-hajja u fis-setturi kollha.

Fl-okkazjoni ta’ l-ewwel elezzjoni ghal membri tal-Parlament Ewropew fit-12 ta Gunju 2004, il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza ghall-Irgiel u n-Nisa qed tlaqqa’ l-kontestanti mill-partiti politici u kandidati indipendenti nhar il-Gimgha 28 ta Mejju 2004 fis-6:00 p.m. fil-bini tal-Kummissjoni li jinsab fi 2, Triq il-Kavallier, Valletta.

L-ghan ta din il-laqgha hu li l-Kummissjoni tqajjem kuxjenza akbar dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fost il-kontestanti li eventwalent xi whud minnhom se jkunu qed jirraprezentaw lil pajjizna fil-Parlament Ewropew.


DOI 25.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow