Left arrow Go Back

SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI

PR871
Date Icon 25/05/2004

SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi Louis Galea nieda d-disa’ edizzjoni tal-programm Skolasajf. Il-programm Skolasajf joffri l-opportunità lill-istudenti li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv, ikunu qed jilagħbu u jitgħallmu ma’ sħabhom.  Skolasajf  toffri wkoll l-opportunità lill-ġenituri speċjalment dawk li jaħdmu, biex fil-ħinijiet tax-xogħol, ikunu moħħhom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu t-tfal.

Skolasajf 2004 ser tiftaħ il-bibien tagħha bejn l-14 ta’ Lulju u s-7 ta’ Settembru 2004, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti).  Iċ-ċentri tas-Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi.

Il-Ministru Galea qal li t-tema magħżula għal din is-sena hija “Nikbru b’Valuri Sportivi”. Ser niffukaw fuq dawn il-Valuri - Impenn, Kuraġġ, Parteċipazzjoni, Rispett u Ħbiberija. Dan fl-okkażjoni tas-sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-Isports.

Madwar 4,000 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja, u indipendenti, jipparteċipaw fi Skolasajf.  Jieħdu sehem ukoll madwar 330 studenti Universitarji li qed isegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema bħala ko-ordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf.  Tfal li jattendu l-iskola bl-għajnuna tal-‘facilitator’ se jkollhom dan is-servizz ukoll għall-Programm Skolasajf filwaqt li dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel speċjali se jkollhom programmi apposta.

Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk l-istudenti li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz ta’ l-għajnuna kumplimentari.  Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn l-istudenti jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni.

L-applikazzjonijiet għal skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel primarji jew inkella minn fuq il-website tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni www.education.gov.mt   L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-iskejjel fejn t-tfal ikunu se jattendu, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju.  Hemm ħlas nominali ta’ Lm 5 għal kull tifel jew tifla.

DOI – 25.05.2004


Informazzjoni Dwar il-Programm Skolasajf 2004

L-iskopijiet ewlenin ta’ Skolasajf (Skejjel Primarji) huma:

·        Li joffri lill-istudenti tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika.

·        Li tipprovdi lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet oħra, li jkunu fl-ewwel, t-tieni u t-tielet sena tal-kors tagħhom, opportunitajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal. Dan isir f’sitwazzjonijiet kreattivi u mhux daqshekk formali bħal ma jkunu matul is-sena skolastika.

·        Li jagħti lill-ġenituri, speċjalment lil dawk li jaħdmu, l-opportunita` li jsibu post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-Sajf.

PROGRAMM TA’ SKOLASAJF 2004

Seminar għall- Ko-Ordinaturi kollha

Nhar it-Tnejn 12 ta’ Lulju ser isir ‘seminar’ ta’ preparazzjoni għall-ko-ordinaturi kollha. L-Iskop ewlieni ta’ dan is-seminar huwa li jkun hemm ko-ordinament mill-aħjar bejn il-proġetti speċjali kollha.

Programm għall-iSkejjel Primarji

Il-Programm ta’ ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek u uffiċċji, u Kunsilli Lokali.

Minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni f’diversi skejjel, saru arranġamenti meħtieġa biex it-tfal kollha jiġu offruti s-servizz ta’ Skolasajf. F’dan ir-rigward sibna għajnuna kemm minn Kunsilli Lokali u mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.

“Inħobb Nilgħab” Weetabix Fun Games Festivals

Matul l-ewwel gimgħat ta’ Skolasajf ser isiru attivitajiet reġjonali bejn 5 / 6 Ċentri fuq bażi eliminatorja. Dawk iċ-ċentri li jikkwalifikaw minn din il-fażi, jikkompetu f’attivita’ Nazzjonali fl-aħħar tas-sajf waqt il-Fieramaratona.

Animaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf

Għal ewwel darba grupp ta’ ħames għalliema/animaturi ser iżuru diversi Ċentri ta’ Skolasajf sabiex jorganizzaw logħob u attivitajiet kreattivi. Dan il-grupp kien mar għal ħmistax il-ġurnata ta’ taħriġ ġewwa t-Tuneżija waqt il-vaganzi tal-Għid 2004.

            Matul l-ewwel ġimgħa ta’ Skolasajf ser ikun hawn grupp ta’ Animaturi minn Bradford li flimkin ma’ l-Animaturi Maltin ser imexxu programm ta’ Animazzjoni f’wieħed miċ-Ċentri ewlenin ta’ Skolasajf.

Kunsilli ta’ l-Istudenti waqt Skolasajf

Għall-ewwel darba kull Ko-Ordinatur ta’ kull Ċentru ta’ Skolasajf ser ikun mitlub, sabiex iwaqqaf kunsill ta’ l-istudenti.

Programm għal-tfal tal-Immigranti

Qed jiġi ppjanat Programm għat-Tfal ta’ l-immigranti, b’mod partikulari għall dwak li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-iskop ewlieni huwa li dawn it-tfal jiġu mgħejjunin f’dawk l-oqsma, li fihom isibu diffikulta, b’mod speċjali rigward lingwa/i.

Programmi Speċjali fl-iskejjel

Dawn il-programmi jinkludu:

·        Diskussjonijiet mill-Aġenzija Sedqa

·        Thinking Skills

·        Programmi ta’ ħarsien tal-wirt kulturali -Fondazzjoni Wirt Artna/ Din l-Art Helwa (It-torri Mamo)

·        Healthy Breakfast Days

·        Ħarsien ta’ l-Annimali - S.P.C.A.

·        Ganutell

·        Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’diżabilita’

·        Programm Kreattiv fil-Kavallier ta’ San Gakbu.

·        Żjarat – Radju ta’ l-Universita’ - CAMPUS FM

·        First Aid Junior Course - Red Cross

Progammi Sportivi

Tenpin Bowling

Chess

Table Tennis

Basketball

Triathlon

Teenis

Weightlifting

Netball

Karate

Kull student se jipparteċipa f’xi wieħed/jew aktar  minn dawn il-programmi.

Programm għall-iskejjel speċjali

Il-Programm ta’ Skolasajf ser jiġi offrut ukoll f’dawn l-Iskejjel Speċjali.

Hellen Keller-            Qrendi
San Miguel-            St. Andrews
Guardian Angel-            Ħamrun
Dun Manwel Attard-            Wardija
Profs Guze Aquilina Special Unit-             Sannat

Fieramaratona

Kif isir kull sena Skolasajf tagħlaq bil-“Fieramaratona” li ser issir bejn l-1 u l-5 ta’ Settembru, fil-Liceo tal-Bniet Maria Regina l-Blata l-Bajda.  L-għanijiet ewlenin ta’ din il-fiera huma li:

Tiġbor flimkien eżempji tax-xogħol tat-tfal f’wirja nazzjonali

Tagħti opportunita’ lill-iskejjel li juru attivitajiet kulturali (per eżempju mima, drama, sport u kant)

Klabbsajf

L-għan ta’ dan il-programm hu li jilħaq lil dawk it-tfal li matul is-sena skolastika 2003/2004 kienu jirċievu għajnuna kumplimentari. Il-Programm Klabbsajf ser jiftaħ f’dawn iċ-Ċentri:

Malta

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow