Left arrow Go Back

IL-GVERN JINNOMINA LILL-MAGISTRAT ABIGAIL LOFARO BIEX TMEXXI INKJESTA DWAR IL-PROCESS TA’ DEPORTAZZJONI TA’ IMMIGRANTI ILLEGALI ERITREJ FL-2002

PR869
Date Icon 25/05/2004

IL-GVERN JINNOMINA LILL-MAGISTRAT ABIGAIL LOFARO BIEX TMEXXI INKJESTA DWAR IL-PROCESS TA’ DEPORTAZZJONI TA’ IMMIGRANTI ILLEGALI ERITREJ FL-2002

Dwar il-kwistjoni li qamet dan l-ahhar tad-deportazzjoni ta’ numru ta’ cittadini Eritrej, Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg jerga’ jafferma li sentejn ilu, meta saret id-deportazzjoni, kull kaz ta’ talba ghal protezzjoni, jew status ta’ refugjat jew protezzjoni umanitarja giet mgharbla kif suppost. Hadd ma gie deportat qabel ma t-talba tieghu ghal protezzjoni giet ezaminata. Amnesty International esigiet biss li kull kaz ta’ talba ghal harsien jigi processat qabel ir-ripatriju, haga li l-Gvern ta’ Malta ghamel.

Il-Kummissjoni Gholja ghar-Refugjati tan-Nazzjonijiet Uniti, (UNHCR), bil-provi li l-Gvern ghandu f’idejh, kienet taf li ser issir din id-deportazzjoni lejn l-Eritrea; u f’seba’ xhur il-Gvern Malti fl-ebda mument ma rcieva direttiva sabiex ma ssirx tali deportazzjoni, dejjem jekk kull talba ghal harsien tigi ezaminata fil-merti taghha.

Il-Gvern m’ghandu xejn x’jahbi f’din il-kwistjoni, jemmen li l-organi kollha, inkluz il-Kummissarju ghar-Refugjati u l-Bord ta’ l-Appell imxew korrettament. Ghalhekk il-Gvern innomina lill-Magistrat Abigail Lofaro sabiex tmexxi inkjesta u tezamina jekk il-process kollu li wassal ghad-deportazzjoni ta’ cittadini Eritrej f’Settembu u Ottubru 2002, kienx wiehed regolari u skond il-ligi, u jekk kienx hemm pressjoni mhux lecita minn xi persuna jew awtorità sabiex issir id-deportazzjoni.

Il-Magistrat Lofaro nghatat il-poteri kollha skond il-ligi u ntalbet sabiex tlesti l-inkarigu taghha fl-iqsar zmien possibbli.


DOI – 25.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow