Left arrow Go Back

GĦAJNUNA FINANZJARJA FUQ FROTT U ĦAXIX FRISK LI JIDDAĦĦAL IL-PITKALIJA

PR864
Date Icon 25/05/2004

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli ghall-Agrikoltura u Sajd, Dr. Francis Agius, dalghodu habbar li bejn l-1 ta’ Lulju 2002 u t-30 ta’ April 2004, l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-bdiewa Maltin u Għawdxin ilaħħaq għal Lm 221,135. Permezz ta’ Programm Speċjali dwar l-Agrikoltura Maltija li ġie miftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea, mill-1 ta’ Lulju 2002 bdiet titħaddem sistema ta’ għajnuna finanzjarja lil dawk il-bdiewa li jwasslu fil-pitkalija l-frott u l-ħaxix li jipproduċu.

Bid-dħul ta’ Malta bħala Membru ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju li għadda, ir-rati ta’ din l-għajnuna fuq il-frott, ħxejjex u patata żdiedet b’mod sostanzjali kif ġej:

FROTT

Rata ta’ għajnuna qabel Mejju 2004:  1.5c kull kilo

Rata ta’ għajnuna wara Mejju 2004: 5.7c (kważi 4 darbiet ir-rata ta’ qabel Mejju 2004)

ĦXEJJEX

Rata ta’ għajnuna qabel Mejju 2004: 0.29c kull kilo

Rata ta’ għajnuna wara Mejju 2004: 1.5c kull kilo (aktar minn 5 darbiet ir-rata ta’ qabel Mejju 2004)

PATATA

Rata ta’ għajnuna qabel Mejju 2004:  1.35c kull kilo

Rata ta’ għajnuna wara Mejju 2004: 4.8c kull kilo (Aktar minn 4 darbiet ir-rata ta’ qabel Mejju 2004).

Din l-ghajnuna ser taghmel tajjeb ukoll ghal xi rohs li jista’ ikun hemm fil-prezzijiet tal-bejgh li jsir fil-pitkalija. Biex nuru kif  il-bdiewa se jibbenifikaw minn dawn iż-żidiet nieħdu bħala eżempju bidwi li jdaħħal 300 kg frott, 600 kg ħaxix u 1000 kg patata fil-pitkalija. Din l-ghajnuna ser tghamel tajjeb ukoll ghal xi rohs li jista’ ikun hemm fil-prezzijiet tal-bejgh li jsir fil-pitkalija. Is-sussidju li kien intitolat għalih qabel Mejju 2004 u li huwa intitolat għalih issa jidher f’din it-Tabella:

Prodott

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow