IL-GVERN KOMMESS LI JINDIRIZZA ID-DEFICIT B’MOD RESPONSABBLI
IL-GVERN KOMMESS LI JINDIRIZZA ID-DEFICIT B’MOD RESPONSABBLI
Matul dawn il-ġranet il-Gvern ta ħarsa lejn l-ispiża rikurrenti tiegħu u ħa miżuri ta’ tnaqqis ta’ fondi f’aspetti li fihom, wara studju dettaljat, irriżulta li jista’ jsir titjib fl-infiq tal-fondi pubbliċi.
Tajjeb li jiġi nnotat illi:
- l-ewwel, il-Gvern jixtieq jagħmilha ċara li il-proċess ta’ evalwazzjoni u ri-allokazzjoni ta’ l-ispiża pubblika ser isir permezz ta’ tnaqqis f’dawk l-ispejjeż li għalkemm importanti il-Gvern iħoss li f’dan l-istadju wieħed jista jrażżan in-nefqa tiegħu fihom;
- it-tieni, il-Gvern għandu d-dmir li jsegwi l-andament ekonomiku u finanzarju tal-pajjiż u jieħu dawk il-passi neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-oġġettivi aħħarin jintlaħqu. Hekk per eżempju, kif l-ispiża fil-qasam tal-mediċina kompliet tiżdied b’ritmu mgħaġġel, wieħed ried ukoll isib mezzi sabiex din l-ispiża tiġi mrażżna. F’dan il-kuntest il-Gvern qabel li huwa opportun li jsiru xi aġġustamenti sabiex filwaqt li jintlaħqu l-għanijiet aħħara tibqa’ prijorita’ il-ħidma ekonomika u l-qasam soċjali ta’ pajjiżna;
- fl-aħħar nett, il-Gvern jibqa’ kommess li jiżgura li l-fondi pubbliċi jitpoġġew fuq sisien sodi billi l-ispiża tal-Gvern tintefaq b’mod għaqli u li tirrifletti r-riżorsi li għandu l-pajjiż. Dan għandu jwassal biex d-deficit tal-Gvern jsir sostenibbli u għalhekk il-benefiċċji jkun jista’ jgawdihom il-pajjiż kollu. Barra min dan it-tnaqqis qed isir wkoll f’setturi li fihom ġie indikat li jista’ jkun hemm aktar effiċjenza fl-ispiża.
DOI 20.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en