LIĊENZJI GĦAL IMWEJJED U SIĠĠIJIET BARRA STABBILIMENTI
Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjali mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, qed jagħmlu sinjali li jindikaw fejn ristoranti u stabilimenti oħra ta’ l-ikel jistgħu jqiegħdu l-imwejjed u s-siġġijiet f’postijiet pubbliċi.
Din il-ħidma qed titwettaq wara li għal dawn l-aħħar xhur, ufficjali mid-Direttorat ta’ l-Infurzar fi ħdan l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu wettqu eżerċizzju dettaljat biex ikunu identifikati dawk kollha li joħorġu mwejjed u siġġijiet fuq art pubblika.
Sakemm twettaq dan l-eżerċizzju, in-numru ta’ dawk liċenzjati biex joħorġu l-imwejjed u siġġijiet barra l-istabbilimenti tagħhom, kien wieħed żgħir ħafna. Minn dan l-eżerċizzju rriżulta li hemm 197 stabbilimenti li qed joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet barra.
Minn dawn, 70 jinsabu fiċ-ċentru ta’ Malta, li jinkludi l-belt Valletta, tas-Sliema u San Ġiljan; 58 qegħdin fit-Tramuntana ta’ Malta, li tinkludi l-Qawra, Buġibba u San Pawl il-Baħar; 33 huma f’Għawdex u 36 fin-Nofsinhar ta’ Malta, li jinkludi Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa.
Wara li twettaq dan l-eżerċizzju, li fih gew identifikati dawk li qed joħorġu mwejjed u siġġijiet barra l-istabbilimenti tagħhom, uffiċjali mid-Direttorat ta’ l-Infurzar, talbu lis-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti biex japplikaw għal-liċenzja relattiva. S’issa kienu liċenzjati 93 stabbiliment: 71 stabbiliment għandhom l-applikazzjonijiet tagħhom fi stadju ta’ proċessar, filwaqt li 33 għadhom ma ħadux il-passi meħtieġa biex japplikaw għal-liċenzja.
Kontra dawn ta’ l-aħħar mistennija jittieħdu l-proċedimenti legali kif provdut fil-liġi.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en