REVIŻJONI TAL-MATSEC: TNEDIJA TAL-PROCESS TA’ KONSULTAZZJONI MAL-PUBBLIKU
REVIŻJONI TAL-MATSEC: TNEDIJA TAL-PROCESS TA’ KONSULTAZZJONI MAL-PUBBLIKU
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi nieda l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku tar-reviżjoni tal-MATSEC. Ir-reviżjoni tikkonsisti f’evalwazzjoni tas-sistema tal-MATSEC li jinkludi l-eżamijiet tas-SEC u tal-Matrikola. Il-membri tal-grupp responsabbli għal din ir-reviżjoni huma Dr. Grace Grima, is-Sur Raymond Camilleri, l-Prof. Saviour Chircop u l-Prof. Frank Ventura. Dan il-grupp qed juza diversi metodi ta’ kif jiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Għal dan l-iskop illum ġie mniedi sit fuq l-internet biex il-pubbliku ġenerali jkun jista’ jagħti l-kummenti huwa wkoll dwar is-sistema eżistenti tal-MATSEC u kif din tista’ titjib.
Il-Ministru Galea stieden lil dawk kollha li huma interessati jagħmlu xi kummenti biex iżuru u jużaw is-sit tar-Reviżjoni tal-MATSEC:http://www.cct.um.edu.mt/matsecreview.
Il-Ministru qal li kummenti fuq is-sistema operattiva ta’ l-eżamijiet, l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà, il-kwalità u l-oġġettiv tas-sistema edukattiva kollha ser jiġu kkunsidrati.
Dr. Grace Grima, il-koordinatriċi tal-Grupp tar-Reviżjoni tal-MATSEC spjegat kif l-individwi għandhom l-opportunità li jiktbu l-kummenti tagħhom fl-ispazju provdut fis-sit stess jew inkella jistgħu ukoll iniżżlu kopja tal-mistoqsijiet u jibagħtu r-risposti u l-kummenti bl-e-mail, fax jew bil-posta. L-e-mails iridu intbagħtu fuq matsecreview@cct.um.edu.mt. L-ittri u l-faxes (21345655) iridu jiġu ndirizzati lil MATSEC Review Group, c/o Centre for Communication Technology, University of Malta, Msida MSD 06. Għalkemm il-kummenti tal-pubbliku ser jinqraw kollha, m’huwiex possibbli li kulħadd jingħata risposta. L-identità ta’ min jibgħat xi kummenti mhix ser tkun żvelata fir-rapport finali.
Il-Ministru Galea qal li r-reviżjoni tal-MATSEC hu eżerċizzju importanti u hu ta’ importanza kbira li kulħadd ikollu ċ-ċans u l-opportunità li jsemma’ leħnu u l-opinjonijiet tiegħu biex titjieb is-sistema tal-MATSEC.
DOI – 19.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en