Left arrow Go Back

RAPPORT DWAR L-ISSUES LI QED JILTAQGĦU MAGĦHOM IN-NIES FIN-NEGOZJU

PR824
Date Icon 19/05/2004

RAPPORT DWAR L-ISSUES LI QED JILTAQGĦU MAGĦHOM IN-NIES FIN-NEGOZJU

“Thejja rapport li juri x’tip ta’ issues ġew rapporti lill-iSmall Business and Crafts Directorate, u minn dawn l-‘issues’ li ġew rapportati, wieħed jieħu indikazzjoni ta’ x’tip ta’ problemi jiffaċċjaw in-negozji żgħar tagħna.  

“Dan ir-rapport juri ukoll min kien il-kawża ta’ dawn il-problemi.  L-entitajiet li kkawżaw dawn il-problemi jew ‘issues’ ilaħħqu mas-37 entita’ u jindika lill-Pulizija, it-Trade Licensing Unit (TLU), l-Awtorita’ dwar it-Trasport (ADT), Kunsilli Lokali, l-Awtorita’ dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), id-Dwana, l-Awtorita’ Maltija dwar it-Turizmu (MTA), Public Health, l-EneMalta, CCD, Food and Veterinary Services, Ministeru tas-Sahha, il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma (W.S.C), Malta Crafts Council, Malta Enterprise, MRA u l-MRAE., bhala uhud mill-entitajiet li qed jikkawzaw il-problemi.”  

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, l-Onor. Edwin Vassallo ta’ din l-informazzjoni meta kien qed jagħmel zjarat fi hwienet fl-Imrieħel.  “Dan ir-rapport jixhed kemm huwa effettiv dan id-Dipartiment li dmiru huwa li jżomm aġġornat dwar il-problemi li jeżistu għan-negozju.  Dawn huma l-problemi li ltqajna magħhom meta nżuru s-sidien tal-ħwienet, inżuru industrji żgħar, niltaqgħu man-nies tan-negozju fil-Kunsilli Lokali.  Dawn huma wkoll l-‘issues’li issa ser nara li tistab soluzzjoni dwarhom.”  

Is-Segretarju Parlamentari kompla jishaq dwar il-ħtieġa li s-self-employed jitkellmu ma’ dan id-Dipartiment li huwa maghruf bhala: Small Business and Crafts Directorate.  “Għandkom fejn tirrapportaw lil min mhux jaqdikom, għandkom ma’ min titkellmu, biex taraw li jitbiddlu l-proċeduri. Mhux ser nirnexxu f’kollox, iżda nistgħu nkomplu naraw li nagħmlu l-bidliet meħtieġa”.  

Dwar il-konsultazzjoni, is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li “l-Unjoni Ewropea tat prijorita’ lill-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni. Is-sena li għaddiet kienet sena fejn dan id-Dipartiment żamm kuntatt regolari mas-self-employed u negozji żgħar, iżda rridu aktar informazzjoni.  Irridu nsaħħu dan il-prinċipju ta’ konsultazzjoni.

Rigward x’ser isir minn dan ir-rapport, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li dan ir-rapport ser jinghata lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll ser ikun diskuss ma’ dik l-entita’ rispettiva u “b’hekk ser inkun ċert li jinstab rimedju għal kull problema.  Hekk biss nistgħu nagħmlu l-ħajja inqas ikkomplikata għal min qiegħed fin-negozju, u hekk min qiegħed fin-negozju jkompli joħloq l-impjiegi f’dan il-pajjiż”.  

L-Onor. Vassallo ta  wkoll din l-istatistika:    

EMPLOYMENT BY SIZE OF ENTERPRISE - SEPTEMBER 2003

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow