Left arrow Go Back

EDUKAZZJONI TA’ KWALITA’ – SEHEMNA JGĦODD

PR82
Date Icon 26/01/2004

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi (AKS) organizzat seminar ta’ nofs ta’ nhar bit-tema ‘Edukazzjoni ta’ Kwalita’ – Sehemna Jgħodd’; li għalih kienu mistiedna membri tal-AKS kif ukoll ġenituri u kull min hu interessat fl-edukazzjoni tat-tfal fl-iskejjel.  Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, waqt id-diskors ta’ l-għeluq qal li hekk kif erba’ snin ilu kien hawn parteċipazzjoni wiesgħa fl-iżvilupp tal-kurrikulu l-ġdid, hekk irid jerġa’ jiġri fl-aġġornament tal-kurrikulu, li jrid iseħħ dalwaqt; biex il-kurrikulu jibqa’ rilevanti u effettiv għaż-żminijiet li ġejjin.

Il-Ministru qal li l-Kurrikulu Nazzjonali li għandna llum jagħraf ir-rwol ewlieni li għandhom il-ġenituri fl-iżvilupp edukattiv ta’ uliedna u dwar il-bżonn li jkun hemm kuntatt u kooperazzjoni kontinwa bejn l-iskola u l-istess ġenituri.  Fil-fatt mindu kien ippublikat il-kurrikulu, diġa’ seħħew bidliet importanti biex jissaħħaħ ir-rwol tal-ġenituri fl-iskejjel.  Il-Ministru qal li llum l-idea li l-ġenituri huma riżors importanti qed tinfirex u qed naraw il-ħolqien ta’ diversi programmi bis-sehem sħiħ tal-ġenituri favur l-edukazzjoni tat-tfal.  Kemm il-ġenituri kif ukoll l-għalliema jafu kemm dawn il-programmi huma suċċess mat-tfal u kemm qed iħallu ġid fl-iskejjel.  

Il-Ministru qal li f’dawn l-aħħar snin kien hawn żviluppi importanti fil-qasam edukattiv u nistgħu ngħidu li l-edukazzjoni qed tilħaq il-maġġoranza assoluta tat-tfal Maltin. Madankollu qed isir aktar evidenti li mhux biżżejjed li jkollna t-tfal kollha jattendu l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna, iżda rridu naraw kemm dak li qed jitgħallmu t-tfal hu ta’ kwalita’ u ta’ rilevanza għad-dinja tax-xogħol li se jsibu meta joħorġu mill-iskola.  ‘Din ser tkun l-isfida ewlenija li se niffaċċjaw fis-snin li ġejjin – kemm se jirnexxielna nipproduċu żgħażagħ u adulti b’edukazzjoni li tagħtihom l-għodod meħtieġa biex ikomplu jiżviluppaw tul il-ħajja b’mod li kemm bħala individwi, kif ukoll bħala pajjiż nibqgħu rilevanti u kompetittivi.  

Il-Ministru qal li l-ġenituri anke hawn għandhom sehem importanti x’jikkontribwixxu. L-ewwelnett billi jkunu ta’ eżempju għat-tfal tagħhom u jkomplu fl-iżvilupp edukattiv tagħhom tul il-ħajja f’kull livell, u t-tieni billi jħeġġu lit-tfal ‘jitgħallmu kif jitgħallmu’ u mhux jistudjaw bl-amment dak li jkun intqal lilhom mill-ghalliema fil-klassi.  Il-Ministru qal li llum hawn diversi opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ għal kulħadd u hemm bżonn li l-ġenituri jkunu aġġornati partikolarment fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni u ta’ l-informatika.  Hawn il-Ministru semma l-bżonn li l-ġenituri ikunu jafu x’qed jagħmlu t-tfal fuq il-kompjuters fid-djar tagħhom, għaliex bħal kull ħaġa oħra, l-kompjuter jista’ jkun għodda importanti għat-tagħlim, iżda fl-istess waqt, jista’ jkun li l-użu ħażin tiegħu ikun qed jgħarraq lit-tfal.  

Il-Ministru irringrazzja lill-AKS għall-ħidma kontinwa tagħha favur l-involviment tal-ġenituri kemm hawn Malta kif ukoll fuq livell internazzjonali.  Waqt il-konferenza kien hemm diskorsi minn esperti barranin u lokali u diversi kontribuzzjonijiet mill-parteċipati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow