Left arrow Go Back

GĦOTJA TA’ VETTURI MINN GĦAQDA AMBJENTALI GERMANIŻA

PR812
Date Icon 18/05/2004

It-taqsima tal-Parks, Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja (P.A.R.K.) fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għadha kemm ibbenefikat minn għotja ta’ van u trailer bowser mill-għaqda Ġermaniża F.E.E. li hi bbażata fil-belt Ġermaniża ta’ Minden.

Din l-għotja saret ukoll bis-saħħa tal-kuntatti li l-għaqda Maltija International Tree Foundationgħandha ma’ l-għaqda Ġermaniża.  Bħala riżultat ta’ din il-ħbiberija u koperazzjoni, proġetti pubbliċi lokali ta' taħwil ta' sigar gawdew minn għajnuna konsiderevoli f’dawn l-aħħar 14-il sena.

Din l-għotja hija waħda minn sensiela li l-għaqda Germaniza għamlet sa mill-1990. Matul is-snin, l-għotjiet kienu jikkonsistu f’vetturi rikondizzjonati li jinkludu żewg fire-engines, żewġ vannijiet, tagħmir għat-taħlit tal-kompost u għat-tħaffir fil-ħamrija.  Barra minn hekk, l-għaqda Germaniza għenet ukoll finanzjarjament u permess ta' studji tekniċi lid-dipartiment ta’ l-Agrikoltura fil-proġett ta' taħwil ta' siġar f’Għar Lapsi fejn qabel kien jintefa' l-iskart.

F’diskors qasir ta’ l-okkażjoni, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent Philip von Brockdorff radd ħajr lill-membri ta’ l-għaqda Ġermaniża.  Hu faħħar l-impenn ta’ għaqdiet mhux governattivi li bl-impenn tagħhom u bil-ħidma volontarja li jagħmlu qed jgħinu f’diversi proġetti u inizjattivi ambjentali.

Philip von Brockdorff qal li l-kuntatti li l-għaqdiet lokali jkollhom ma’ oħrajn minn pajjiżi barranin, bħalma qed tagħmel l-għaqda lokali tas-siġar  International Tree Foundation (Malta) ma’ l-għaqda F.E.E. tal-Germanja, huma siewja ħafna.  Huwa awgura li din il-koperazzjoni tibqa’ ħajja fis-snin li ġejjin.

Intant, il-vetturi twasslu Malta minn membri ta’ l-għaqda Germaniza, immexxija mill-president Burkart Schulte. 

DOI  18.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow