PREZENTAZZJONI TAL-KTIEB ‘HAL BALZAN – GRAJJIETU’ LILL-MINISTRU TONIO BORG
PREZENTAZZJONI TAL-KTIEB ‘HAL BALZAN – GRAJJIETU’ LILL-MINISTRU TONIO BORG
Fl-okkazjoni ta’ l-gheluq ta’ l-ghaxar snin mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsill ta’ Hal Balzan ghadu kemm ippublika ktieb ‘Hal Balzan – Grajjietu sa l-1999’ miktub minn Dun Gwann Dimech.
F’cerimonja qasira li saret dan l-ahhar is-Sindku ta’ Hal Balzan Dr John Zammit Montebello, ipprezenta kopja tal-ktieb lill-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern b’responsabbiltà tal-Gvern Lokali, Dr Tonio Borg. Prezenti ghall-prezentazzjoni kien hemm ukoll l-awtur tal-ktieb.
Dr John Zammit Montebello qal li kien xieraq li f’gheluq l-ghaxar snin mit-twaqqif tal-Kunsill Lokali ta’ Hal Balzan ir-residenti ta’ din il-lokalità jinghataw rigal f’forma ta’ ktieb dwar l-istorja tar-rahal fejn jghixu. Huwa qal li l-ktieb huwa rizultat ta’ snin shah ta’ xoghol u ricerka ta’ Dun Gwann Dimech u ghandu jkun f’kull dar ta’ Hal Balzan.
F’kelmtejn il-Ministru Tonio Borg, wara li rringrazzja lis-Sindku u ferahlu ghall-pubblikazzjoni professjonali tal-ktieb, qal li Hal Balzan minkejja li huwa rahal zghir ghandu storja kbira u huwa moghni b’arkitettura u wirt storiku importanti. Huwa ferah lill-awtur ghax-xoghol li ghamel b’tant reqqa.
Huwa qal li t-twaqqif tal-Kunsilli Lokali ghaxar snin ilu gab mieghu qawmien gdid ta’ kuxjenza favur l-istorja tal-lokalitajiet ta’ Malta u Ghawdex bil-Kunsilli Lokali fuq quddiem biex jergghu jaghtu l-hajja lill-wirt kulturali.
DOI 18.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en