Left arrow Go Back

JASAL IR-RAMEL GĦALL-BAJJA TA’ SAN ĠORĠ

PR808
Date Icon 17/05/2004

JASAL IR-RAMEL GĦALL-BAJJA TA’ SAN ĠORĠ

L-ewwel bastiment bir-ramel għall-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan wasal dalgħodu. Dan beda’ jinħatt u jinġarr lejn il-bajja li se timtela’ mill-ġdid sa 25 metru ’l barra, biex hekk il-bajja tkun zona ta’ għawm. Għal dan l-iskop diġa ngħatat ordni biex jitneħħew id-dgħajjes u l-irmiġġi kollha sa’ 85 metru mill-promenade.

Ir-ramel ġie impurtat mill-Ġordan mingħand il-kumpannija Safi Dead Sea Products. B’kollox se jiġu mpurtati 5,000 metru kubu ta’ ramel – ekwivalenti għal 7,000 tunellata – f’żewġ kunsinji, waħda li daħlet illum u oħra li se tasal Malta l-ġimgħa d-dieħla. It-tieni kunsinja telqet mill-Ġordan illum.

Il-proġett qed jiġi koordinat mid-Direttorat ta’ l-Ippjanar tal-Prodott u Żvilupp ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u jinkludi l-mili’ mill-ġdid tal-bajja b’ramel speċjali – li l-kwalita’ tiegħu ġiet aċċettata minn uffiċjali tal-MEPA, sistema ġdida ta’ drenaġġ biex tlaħħaq ma’ l-ilma tax-xita mingħajr ma ssir ħsara lir-ramla, tisħiħ fis-sistemi tal-pompi tad-drenaġġ, bini ta’ promenade ġdid u tisbiħ ta’ l-inħawi.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech qal li l-l-bajja ta’ San Ġorġ kienet frekwentata sew mill-Maltin kif ukoll minn eluf ta’ turisti f’dawn l-inħawi bl-akbar konċentrament ta’ lukandi, ristoranti u postijiet ta’ divertiment.

Francis Zammit Dimech qal li l-ħarsien u ż-żamma fi stat tajjeb ta’ din il-bajja u l-inħawi ta’ madwar kienu ta’ priorita’ assoluta u għalhekk il-Gvern kien qed jinvesti ’il fuq in-nofs miljun lira biex ir-ramla f’din il-bajja timtela’ bir-ramel u tissebbaħ.

Ix-xiri tar-ramel u t-trasport tiegħu se jiswa madwar Lm200,000. L-ewwel fażi tal-proġett hi stmata li tiswa Lm250,000 filwaqt li l-investiment għall-proġett kollu mistenni jitla’ ghal Lm550,000.

DOI - 17.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow