NAGĦRFU NKUNU ORIĠINALI U KREATTIVI
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-ikbar dmir ta’ Ministru jew tal-Gvern rigward il-Karnival huwa żgur li ma jippruvax jimponi l-ideat tiegħu fuq il-protagonisti. Hu fakkar li l-ewwel kundizzjoni biex il-Karnival jirnexxi hu li jrid isir kif jixtiequh l-organizzaturi, il-protagonisti tiegħu, u kif jixtiequ l-poplu. Id-dmir tal-Ministru u tal-Gvern huwa li jagħmel l-almu tiegħu biex dan iseħħ; u għalhekk sar dan is-seminar u għalhekk bħala Ministru responsabbli mill-kultura se jagħti ħafna każ tal-konkluzjonijiet tas-seminar.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li t-tieni ħaġa li ried jgħidilhom hi li, kif igħidu l-Inglizi, “I am wearing two hats – għax jiena Ministru sew tal-Kultura u sew tat-Turiżmu. Irrid ingħid li jiena ġejt illum l-ewwelnett bħala Ministru tal-Kultura u biss fit-tieni post bħala Ministru tat-Turiżmu. Fi kliem ieħor, il-Karnival isir qabel kollox għalina l-Maltin u jekk nagħmluh hekk, ikun jiġbed aktar il-barranin.”
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li ħa pjaċir jara li fost id-domandi li kienu qed jistaqsu hemm dik: X’inhu li jagħzel il-Karnival Maltiminndak ta’ bnadi oħra? Hu qal li l-Karnival tagħna aktar ikun attrazzjoni turistika aktar ma jkun juri l-identita’ tagħna bħala Maltin. Hu qal li llum aħna għandna postna fl-Unjoni Ewopea, u nistgħu anki niggwadanjaw minn dan biex ikollna Karnival aqwa u isbaħ, imma dejjem dment illi nagħrfu nkunu oriġinali u kapaċi nkunu kreattivi. Hu qal li l-aqwa u l-isbaħ Karnival ikun bħal mera tas-soċjeta’ Maltija.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li t-tielet u l-aħħar ħaġa hi li kien jaf li hemm għadd ta’ affarijiet li l-protagonisti riedu mill-Gvern u minnu b’mod partikolari fosthom il-villaġġ tal-Karnival u l-mużew li jippermetti lil min igawdi l-arti tal-karnival għal aktar minn tlett ijiem fis-sena. Huwa qal li kien qed jagħti l-appoġġ tiegħu għal dawn il-kunċetti u jrid li bi ftehim mal-protagonisti kollha f’’dan il-qasam, jaħdem għat-twettiq tagħhom.
DOI – 15.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en