L-ONOR FRANCIS AGIUS JINDIRIZZA LAQGHA GHALL-BDIEWA LI JKABBRU D-DWIELI GHALL-PRODUZZJONI TA’ L-INBID
L-ONOR FRANCIS AGIUS JINDIRIZZA LAQGHA GHALL-BDIEWA LI JKABBRU D-DWIELI GHALL-PRODUZZJONI TA’ L-INBID
Waqt laqgħa li saret għall-bdiewa li jkabbru d-dwieli għall-produzzjoni tal-inbid, is-Segretarju Parlamentari Francis Agius qal li l-ħidma għaqlija tal Gvern Malti fil-qasam tal-biedja u s-sajd bdiet tagħti il-frott f’diversi oqsma. Dan huwa rifless f’għajnuniet li qiegħdin jingħataw lill-bdiewa, raħħala u sajjieda mill-Gvern permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Bis-sahha tad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, Malta gawdiet minn zewg programmi ta’ gemellagg (Twinning Programmes) f’dan is-settur. Dawn iz-zewg programmi, wiehed fil-Vitikultura u l-iehor fl-Enologija, huma ma’ l-Italja u ghandhom valur ta’ Lm600,000. Bis-sahha ta’ dawn il-programmi qed tinghata spinta lil dan is-settur b’ghajnuna teknika ta’ diversi esperti li qeghdin jigu f’pajjizna biex jharrgu kemm l-ufficjali tad-Dipartiment, kif ukoll teknici ta’ diversi ghassara u bdiewa ndividwali.
Is-Segretarju Parlamentari Dr Agius sostna li, m’ hemmx dubju li meta Malta kisbet deroga ta’ sentejn biex il-produtturi ta’ l-inbid jadattaw irwieħom għar-regoli Ewropej, f’dak li jirrigwarda l-labelling ta’ nbid prodott f’Malta, ser jaghti n-nifs mehtieg biex l-industrija ta’ l-inbid f’Malta tilhaq il-livelli mehtiega mill-Unjoni Ewropea. B’deroga ohra li kiseb il-Gvern Malti qiegħed jibbenefika anke l-bidwi peress li din id-deroga tagħti żmien sal-2006 biex l-egħlieqi mfasslin għat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid ta’ kwalità jiżdiedu għal massimu ta’ 1000 ettaru. Dan meta fil-kumplament tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea hemm moratorium fuq it-tkabbir tad-dwieli għall-produzzjoni tal-inbid sas-sena 2010.
L-industrija ta’ l-inbid tħaddem madwar 400 ħaddiem u ssostni madwar 1000 bidwi. Dawn kollha jibbenifikaw mill-għajnuna li qed tingħata għal dan l-iskop. Biex il-bidwi jiġi mħajjar u anke jitħallas ta’ xogħolu qiegħda tingħata għajnuna ta’ Lm 480 kull tomna art li tibda tintuża għat-tkabbir tad-dwieli ghall-produzzjoni ta’ l-gheneb ta’ kwalità ghall-inbid. Ma’ dan jiżdied ħlas ta’ Lm 45 fis-sena sa s-sena 2014 għal kull tomna art li fiha jitkabbru id-dwieli.
Qed tinghata wkoll ghajnuna finanzjarja lill-ghassara ghal kull tunnellata gheneb ta’ kwalità li jigi mpurtat u\jew prodott f’Malta. Is-sena l-ohra (2003) din l-ghajuna kienet ta’ Lm3.80 kull tunnellata u din is-sena (2004) din l-ghajnuna titla’ ghal Lm46 kull tunnellata. Din l-ghajuna hija mahsuba biex taghmel tajjeb ghat-tnehhija tal-levies fuq inbid impurtat u biex l-ghassar Malti jkun aktar kompettitiv f’suq liberu.
Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li huwa diġà qiegħed jiltaqa’ mas-setturi kollha li huma marbuta mas-settur tal-Biedja u Sajd biex jifhem aktar il-ħtiġijiet ta’ dan is-settur. B’dan il-mod ikun hemm aktar kuntatt personali li jwassal biex kull settur ikollu direzzjoni fejn irid jasal meta issa Maltasaret membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.
DOI 14.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en