TWEGIBA GHALL-STQARRIJA MILL-FEDERAZZJONI TAL-INDUSTRIJA DWAR L-ISKEMA TA’ SUSSIDJU FUQ IZ-ZOKKOR
B’riferenza ghall-istqarrija mahruga llum mill-Federazzjoni tal-Industrija fuq l-iskema ta’ sussidju fuq iz-zokkor, il-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni jixtieq jassigura lill-Federazzjoni tal-Industrija u lill-poplu in generali li l-Gvern ghadu kommess li l-prezz taz-zokkor jibqa jinzamm fl-istess livelli bhal ta’ qabel is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Bhala parti minn negozjati mal-UE, il-Gvern haseb ghal skema ta’ sussidji sabiex din il-garanzija tigi mplimentata.
Sadanittant hadd ma ghandu jallarma lill-poplu b’xi zidiet jew jabbuza billi jgholli l-prezzijiet.
Dettalji tal-iskema ghadhom ma thabbrux ghaliex il-Ministeru tal- Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, flimkien ma’ dak tal-Finanzi, u l-partijiet kollha involuti, ried jassigura ruhu li l-implimentazzjoni ssir bl-aktar mod trasparenti, ghaqli u bbazata fuq il-bzonnijiet reali, ghall-beneficcju ahhari tal-industrija u l-konsumatur.
Il-biza ta’ tnaqqis fil-produzzjonii jew telf ta’ impjiegi hi ghal kollox allarm infondat u bla bzonn.
DOI – 14.05.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en