Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JILTAQA’ MA’ SIDIEN TA’ RISTORANTI

PR769
Date Icon 12/05/2004

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JILTAQA’ MA’ SIDIEN TA’ RISTORANTI

Dan l-aħħar is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, l-Onor. Edwin Vassallo ltaqa’ ma’ numru ta’ sidien ta’ ristoranti biex jiddiskuti magħhom kif għandu jkun riflesss ir-roħs tal-prodotti ta’ l-ikel u fost l-oħrajn il-varjeta’ ġdida ta’ prodotti ta’ nbid, li issa qed ikun mibjugħ bi prezzijiet orħos.    

F’messaġġ li għadda lil dawn is-sidien, is-Segretarju Parlamentari Vassallo  qal li diġa’ qed ikun irrapportat li diversi negozji qed iraħħsu l-prezzijiet tagħhom.  Dan huwa riżultat ta’ suq aktar miftuħ fejn in-negozju huwa mistenni li jiżdied.  Is-Suq intern sar aktar kompetittiv, fejn il-levies għall-prodotti li jkunu mixtrija mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea issa ġew imneħħija, u numru ta’ prodotti jistgħu jinbiegħu bi prezzijiet orħos.  

Edwin Vassallo kompla jghid illi r-roħs fil-prezzjiet ta’ dawn il-prodotti, prinċipalment ta’ l-ikel, għandu jkun ukoll rifless fil-prezzijiet ta’ l-ikel offrut mir-restaurants.  Għalkemm l-ispejjeż tan-negozji m’humiex irħas, il-fatt li ċertu prodotti issa jistgħu jingħataw bi prezz irħas, huwa mistenni li jkun rifless ukoll fil-menu tar-restaurants.  

F’dan ir-rigward, pajjiżna jista’ jkun aktar kompetittiv kemm-il draba l-prezzijiet ta’ l-ikel mir-restaurants ikun jirrifletti t-tnaqqis fil-prezz ta’ prodotti li jkunu roħsu.  F’suq hekk kompetittiv, min iraħħas ibiegħ u min ser jibqa’ jżomm idejh jista’ jitlef mis-suq.  Il-Gvern ħa l-passi kollha neċessarji li jara li f’pajjiżna jkollna l-istess proċeduri bħal ta’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.  Huwa minnu li ċerti spejjeż għan-negozju huma aktar minn ta’ pajjiżi oħra, u dan dovut għaċ-ċokon ta’ pajjiżna, iżda kemm-il darba rridu nżidu l-qliegħ tagħna mis-settur tal-bejgħ ta’ l-ikel, il-prezzijiet ta’ l-ikel għandu  jkun jirrifletti l-prezzijiet tal-prodotti li raħsu.  Prezzijiet orħos jistgħu faċilment iwasslu biex il-volum tan-negozju jiżdied u hekk ukoll il-profitti jiżdiedu.  

Edwin Vassallo temm jghid li “Għalhekk nirrakkomanda lis-siden ta’ l-istabbilmenti ta’ l-ikel li jaraw li r-roħs fil-prezzijiet ta’ l-inbid u l-prodotti ta’ l-ikel ikun ukoll rifless fil-prezzjiet tal-menu offrut fir-restaurants tagħna.”

DOI – 12.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow