Left arrow Go Back

JINGĦATAW IT-TENDERS GĦAL XOGĦLIJIET FUQ TOROQ FINANZJATI MILL-5 PROTOKOLL FINANZJARJU BEJN L-ITALJA U MALTA

PR741
Date Icon 10/05/2004

Il-Gvern ħareġ l-għoti ta’ tenders għal xogħlijiet fuq numru ta’ toroq, liema xogħlijiet ser ikunu iffinanzjati mill-Ħames Protokoll Finanzjarju Taljan. L-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet mistennija tlaħħaq it-€30 miljun; jew madwar Lm12.5 miljuni.

Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq inqasmu fi tliet lots, b’kull wieħed imur għand kuntrattur Taljan hekk kif stipulat fit-termini tal-protokoll. Il-kumpanniji Taljani li ntgħażlu biex iwettqu dawn ix-xogħlijiet huma Ergon Engineering, F.lli Anastasi Snc u F.lli Basillotta Srl. Dawn ser ikunu qed jagħmlu xogħol ta’ mmaniġġar u superviżjoni fuq dawn ix-xogħlijiet. Tnejn minn dawn Ergon Engineering u F.lli Anastasi Snc impjegaw lil Polidano Brothers Ltd. u Asfaltar Co. Ltd. Rispettivament bħala sub-contractors. It-tielet kuntrattur F.lli Basillotta Srl huwa mistenni jimpjega ħaddiema Maltin direttament.  

Dawn il-kuntratturi, bħalissa qed jimmobilizzaw ir-riżorsi tagħhom qabel ma’ jibda ix-xogħol fil-ġimgħat li ġejjin.  

It-tliet lots ta’ toroq arterjali li ser ikunu qed jerġgħu jinbnew mill-ġdid huwa imqassmin kif ġej:  

Lot 1·Minn Tarġa Gap għar-Roundabout f’ Tal-Qlejjgħa (limiti tal-Mosta)·       Mir-Roundabout f’ Tal-Qlejjgħa (limiti tal-Mosta) lejn ir-Roundabout f’ Ta’         Sagħat (ħdejn iċ-ċimiterju ta’ l-Imtarfa)
Lot 2·Mir-Roundabout f’ Ta’ Sagħat (ħdejn iċ-ċimiterju tal-iMtarfa) lejn         ir-Roundabout ta’ Triq is-Siġġiewi/Triq l-Imdina (limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ) ·       It-Telgħa Tas-Saqqajja
Lot 3·Triq l-Imdina minn ħdejn ir-Roundabout ta’ Triq is-Siġġiewi/Triq l-iMdina         (limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ) sa Ħal-Qormi ·       Minn Triq Ħal Luqa,  Ħal Qormi lejn Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa (ħdejn         il-Cargo Terminal)

Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija jitlestew sa’ l-aħħar tas-sena d-dieħla peress li l-Ħames Protokoll Finanzjarju Taljan jistipula li x-xogħlijiet kollha jridu jkunu fatturati qabel tmiem is-sena finanzjarja Taljana li tagħlaq f’Settembru tas-sena d-dieħla.  

Parti sostanzjali mill-apparat u l-makkinarju li ser ikun hemm bżonn biex isiru dawn ix-xogħlijiet ser jinkiseb lokalment filwaqt li l-bqija ser jinġieb mill-Italja.  

Dawn it-toroq ser jinbnew skond l-għola standards fir-Road Design and Construction Standards li ppubblikat l-Awtorità dwar it-Trasport f’Marzu. Parti mill-materjal li ser jintuża fir-rikostruzzjoni ta’ dawn it-toroq, bħaż-żrar li jintuża fit-tarmak ser jiġi impurtat mill-Italja. Dan iż-żrar ta’ kwalità għolja ser jiżgura li dawn it-toroq ikollhom wiċċ li ma jiżloqx. Dawn ix-xogħlijiet ser jinvolvu wkoll il-mogħdija ta’ servizz minn kanali apposta fil-ġenb.  

Minbarra benefiċċji ovvji għas-sewwieq, it-twettiq ser iġib miegħu importazzjoni ta’ teknoloġija li minnha ser tibbenefika l-industrija lokali ta’ kostruzzjoni tat-toroq. Il-kumpanniji Taljani li ser jagħmlu ix-xogħlijiet f’Malta fil-fatt għandhom esperjenza vasta fil-bini ta’ proġetti simili fuq skala kbira fl-Ewropa.  

Id-Direttorat tat-Toroq fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport bħal issa għaddejja bi skeda intensiva ta’ xogħlijiet ta’ għoti ta’ tarmak u ppaċċjar f’toroq li ser iservu bħala rotot alternattivi għat-traffiku waqt li jkun għaddej ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq it-toroq imsemmija. L-Awtorità dwar it-Trasport ser tkun qiegħda timplimenta pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku waqt it-twettiq tax-xogħlijiet fuq it-toroq imsemmija u ser tkun qiegħda tavża lis-sewwieqa dwar liema rotot alternattivi għandhom jużaw.

DOI - 10.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow