Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GHALL-KOMPETITTIVITA’ U L-KOMUNIKAZZJONI, JWIEGEB GHALL-KUMMENTI MAGHMULA WAQT KONFERENZA TA’ L-AHBARIJIET TAL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI DWAR L-GHOLI TAL-HAJJA

PR724
Date Icon 06/05/2004


Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni tkellem fuq il-bzonn li titwaqqaf struttura li ssegwi mill-vicin ic-caqlieq fil-prezzijiet.

Din l-istruttura digà tezisti fi hdan id-Divizjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni. Hemm il-market survellaince officers li minbarra li jaraw li l-prodotti fis-suq ghandom certifikat tajjeb ghall-uzu tal-konsumatur, jaraw mill-qrib ukoll il-prezzijiet taghhom. Din l-attività ilha ssir minn zmien l-Office of Fair Trading sa minn Gunju 1996! Dawn l-inspectors ilhom sa minn Frar li ghadda jduru n-negozji sabiex jaraw li t-tnaqqis fil-prezzijiet bit-tnehhija tal-levies wara l-1 ta’ Mejju jigi mplimentat.

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni qal li jrid ukoll li l-Gvern jibda jaghti informazzjoni fuq ic-caqlieq tal-prezzijiet, prodott prodott.

Illum bis-sahha tal-gvern prezenti, ta’ l-imsiehba socjali u tad-decizjoni u l-volontà tal-poplu Malti, pajjizna sab postu fi hdan il-familja Ewropea u se nkunu ahna wkoll li niddeciedu ghall-gid komuni taghna.

Dan igibna fir-realtà fejn il-konsumatur jista’ jaghzel l-ahjar prodott ghalih filwaqt li jassigura ruhu minn garanzija ta’ kwalità.

Bit-tnehhija ta’ ammont kbir ta’ levies minn fuq diversi prodotti mportati, kif ukoll it-tnehhija tal-hlas tal-VAT hekk kif jaslu Malta, il-konsumatur se jibbenefika minn rohs fil-prezzijiet li bi kbir jghaddu lil dawk li ghandhom zieda fil-VAT.

Kien il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni stess li ammetta li bit-tnehhija tal-levies ammont ta’ prodotti ser jorhsu.

Ir-realtà ta’ l-inflazzjoni f’pajjizna hi li:

  • naqset bis-shih tant li fi Frar kienet ta’ 1.7%. Din ir-rata hija ferm inqas mill-medja tat-tnejn u ghoxrin xahar ta’ Gvern immexxi mill-Partit Laburista.
  • din il-figura hi tajba hafna komparata ma’ pajjizi ohra ta’ l-UE, u ahjar mill-pajjizi membri l-godda.
  • il-fatt li l-importatur ma jhallasx il-VAT qabel ma’ jbiegh l-oggett ukoll qieghed iwassal sabiex l-importatur ikollu cash flow ahjar u allura tnaqqsulu l-ispejjez reali.

Ta’ min isemmi wkoll:

  • il-beneficcji li se tgawdi minnhom l-industrija u s-settur kummercjali bir-rohs fit-tariffi internazzjonali,
  • iz-zieda fl-abbonati tat-telefonija cellulari,
  • il-harsien tal-konsumatur,
  • it-tkabbir fl-uzu tat-teknologija u l-informatika u
  • dak kollu li jista’ jaghmel lil pajjizna kompetittiv.

Il-Gvern ghaddej b’pass mghaggel sabiex iwettaq il-vizjoni tieghu. Kien propju ghalhekk li twaqqaf Ministeru b’responsabbiltà diretta ghall-kompetittività sabiex imexxi ’l quddiem din l-agenda minghajr biza jew xkiel.


DOI – 06.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow