Left arrow Go Back

JITLESTA PROGETT TA’ RESTAWR FIL-KNISJA TA’ LAPSI - PROGRAMM TA’ RESTAWR INTENSIV FIX-XHUR LI GEJJIN

PR72
Date Icon 23/01/2004

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Perit Ninu Zammit, dalghodu zar il-Knisja ta’ Lapsi f’San Giljan fejn fiha tlesta xoghol ta’ restawr fuq diversi affreski u opri pezzjuzi li jinsabu f’din il-Knisja. Ix-xoghol fil-Knisja ta’ Lapsi  kien wiehed delikat u ghalhekk kien thejja programm sabiex l-intervent tar-restawr ikun ibbazat fuq professjonalita`. L-ghan ta’ l-ewwel fazi ta’ l-intervent kien li tkun eliminata l-possibilita` ta’ iktar hsara peress li bdew jaqghu bicciet mill-pittura tal-volta flimkien ma’ partijiet mix-xorok u sussegwentament dan kien qed ikun ta’ periklu ghan-nies li jattendu din il-Knsija.

Meta kien qed ikellem lill-gurnalisti, il-Ministru Ninu Zammit spjega li dan ix-xoghol fil-Knisja ta’ Lapsi gie mahdum mill-kumpanija Taljana Sider-Iteras SpA li huma specjalisti fil-qasam tar-restawr. Hu spjega wkoll li mal-kumpanija Taljana hadmu ammont ta’ haddiema mis-sezzjoni tar-restawr fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura li bla ebda dubju akkwistaw taghlim u esperjenza kbira. Dawn il-haddiema Maltin imbaghad setghu jipprattikaw dak li tghallmu fuq diversi progetti li gew ikkumissjonati u tlestew matul is-sena 2003 fosthom: Greeks Gate fl-Imdina, il-bibien principali tal-Palazz tal-President, il-Funtana Perellos fl-istess Palazz, u l-Kappella ta’ Santa Katerina fin-Naxxar. Progetti ohra ta’ restawr li jinsabu fi stadju avvanzat u se jigu finalizzati matul l-ewwel xuhur ta’ din is-sena huma: il-Palazz ta’ l-Inkwizitur fil-Birgu, il-monument maghruf bhala ta’ Zammit fil-Barakka ta’ fuq fil-Belt, kif ukoll il-Batterija biswiet it-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn. 

B’harsa lejn il-hidma ghal din is-sena l-Ministru Ninu Zammit elenka numru sabih ta’ progetti li gew identifikati fil-pjan ta’ hidma tal-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura u li x-xoghol fuqhom mistenni jibda b’mod imminenti. Fost dawn insibu l-Arkata tal-Knisja Kollegjata ta’ San Pawl fir-Rabat, l-Arkata Storika biswiet il-Kwartieri Generali tal-Pulizja fil-Floriana, il-kappella ta’ Sant’Andrija fiz-Zurrieq, il-Kappella ta’ Santa Katarina fl-Imqabba, l-Gallarija Principali tal-Palazz Presidenzjali u diversi xoghlijiet ohra fil-Kottonera u fil-Belt Valletta.    

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura qal li s-Sezzjoni tar-Restawr ser tkompli bil-hidma mpenjattiva taghha liema hidma fil-bicca l-kbira taghha ssir mill-haddiema nfushom minghajr l-involviment tal-privat. Hu spjega li hemm bzonn li jidahhal il-kuncett li kulhadd jaghti sehmu sabiex il-fondi pubblici jintefqu b’mod aktar sostenibbli. Ghal din is-sena l-Gvern qieghed jalloka madwar terz ta’ miljun lira sabiex jigu attwati diversi xoghlijiet ta’ restawr. Fl-ahharnett il-Perit Ninu Zammit qal li l-Ministeru kontinwament jwettaq programmi ta’ tahrig sabiex ir-rizorsi umani fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura jigu utilizzati skond xoghlijiet specifici li jsiru fosthom ir-restawr.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow