Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. HELEN D’AMATO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GHALL-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMMUNITA` WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-ASSOCJAZZJONI TAL-MIDWIVES FL-OKKAZJONI TAL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-MIDWIFES – ST. JULIAN’S – 05 MEJJU 2004

PR704
Date Icon 05/05/2004

DISKORS MILL-ONOR. HELEN D’AMATO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GHALL-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMMUNITA`   WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-ASSOCJAZZJONI TAL-MIDWIVES FL-OKKAZJONI TAL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-MIDWIFES – ST. JULIAN’S – 05 MEJJU  2004  

Sinjuri, 

Inhossni onorata li gejt mistiedna biex niftah dan is-seminar fil-Jum Internazzjonali dedikat lill-Midwifes.  Huwa wkoll tassew opportun li dan il-jum huwa celebrat fiz-zmien meta ahna niccelebraw Jum l-Omm.  Nemmen li l-hidma u rwol taghkom huma krucjali fl-esperjenza li kull omm tghaddi minnha fit-tqala, fil-hlas u fil-gimghat wara t-twelid. 

Ahna lkoll li qeghdin hawn, nirrikonoxxu l-fatt li l-professjoni tal-midwives, illum aktar minn qatt qabel, hi professjoni mehtiega ghall-Izvilupp tas-Socjeta` Maltija.  U l-prezenza taghna llum hija xhieda ta’ l-impenn taghna lejn dan is-settur. 

Sa mid-dsatax-il seklu il-majjistra, kif kienet maghrufa mill-generazzjoni ta` qabilna, kellha tikseb licenzja mill-awtoritajiet.  Fl-istess hin ma kienx jezisti qafas ta’ tahrig izda kienet tikseb hafna mill-hiliet taghha billi s-servi ta’ apprentista u tassisti majjistri ohra fil-qadi ta` dmirijiethom. 

M’hemmx dubju li f’dawn l-ahhar ghexieren ta` snin rajna zvilupp radikali fit-tahrig u l-edukazzjoni tal-Midwives.  L-impenn tal-Gvern f’dan il-qasam kompla jintwera fl-1990 permezz tal-holqien ta’ kors universitarju li jwassal ghal Degree fil-Midwifery.  Il-lum jezistu bosta opportunitajiet biex wiehed ikompli jistudja u sahansitra ghandna midwives li qed ihejju biex jiggradwaw b’dottorat. 

L-impenn tal-Gvern ma narawhx biss fuq livell akkademiku, izda permezz ta’ ftehim li sar mal-Union tal-Midwives, fl-1993, fejn din il-professjoni bdiet tkun rikonoxxuta bhala wahda distinta u seperata minn dik ta’ l-infermiera.  F’diversi pajjizi  dan id-dibattitu ghadu ghaddej u l-World Health Organisation tikkonsidra din id-distinzzjoni bhala importanti hafna. 

Illum li Malta hija parti mill-Unjoni Ewropea, akkwistajna d-dritt li nsemmghu lehinna madwar il-mejda fejn jittiehdu d-decizjonijiet anke fil-qasam tal-Midwifrey.  Jiena nfurmata li f’dawn l-ahhar jiem, il-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel, gie mitlub li jaghti l-kummenti tieghu dwar id-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea li jirrigwardjaw l-gharfien tal-Kwalifiki fi Stati Membri ghal dan is-settur, bil-ghan li dawn ikunu dejjem aktar aggornati.  Permezz ta’ dan il-process, intom se jkollkom id-dritt li tippartecipaw u tikkontribwixxu fl-izvilupp tal-professjoni taghkom anke fuq livell ewropew. 

L-izviluppi li sehhew fil-qasam tal-medicina u b’mod partikolari fil-qasam  tal-midwifery kienu strumentali biex pajjizna jgawdi wahda mill-aktar rati baxxi ta’ mwiet assocjati mat-twelid, kemm fir-rigward ta’ trabi kif ukoll fir-rigward ta’ ommijiet.   

Izda jekk verament irridu li s-servizz li naghtu jkun wiehed ta’ kwalita` dan irridu naghtuh b’mod holistiku u komprensiv qabel it-tqala, waqt il-hlas u anke wara t-twelid tat-tarbija.  U dan is-servizz irid ikopri mhux biss l-omm u t-tarbija izda l-familja kollha.  Is-sens ta’ kontinwita` mill-antenatal period sal-postnatalperiod ghandu jkun il-mod ta’ kif ahna nkopru dan is-servizz.   

M`hemmx dubju, li l-hidma taghkom hija krucjali x’ghazliet taghmel l-omm bhal per ezempju  fir-rigward tal-Breastfeeding, x’dieta issegwi, x’ezercizzju taghmel etc. It-twaqqif tad-drop in clinicghan-nisa li qed ireddghu zgur li nistghu nqisuha bhala holqa ohra fis-servizz li rridu nkomplu nizviluppaw sabiex inkattru s-sahha ta` l-omm u tat-tarbija. 

Ma nistax ma nsemmix wkoll l-importanza tas-support psikologiku li l-omm ikollha bzonn qabel u wara t-twelied.  Forsi aktar minn kulhadd, il-midwife tista` tinduna minn kmieni meta sfortunatament l-omm tibda ssofri minn post natal depression  li ghadu l-kawza ta’ hafna morbidita fost numru ta’ ommijiet.   

Li tghaddi mill-esperjenza ta’ tqala u twelid ta’ tarbija hija esperjenza unika ghal kull mara.  U kull Midwife iggorr ir-responsabilta li tassigura li dik l-esperjenza, anke f’mumenti difficli, tkun wahda pozittiva kemm jista’ jkun. 

M’hemmx dubbju li l-qasam tal-midwifery mexa ferm ‘il quddiem u m’hemmx dubbju l-anqas li ghad hemm fejn ikompli jizviluppa.  U wiehed ma jistax ma jinnutax b’sodisfazzjon li qed tkunu intom stess li qed tahdmu biex tkomplu tizviluppaw kuncetti godda fl-area ta’ professjonalita taghkom. 

Daqqa t’ghajn lejn il-programm li hejjejtu ghal dan is-seminar huwa xiehda hajja ta’ dan.  Nawgura li d-diskussjoni li se jkolkom tkun wahda pozittiva u li tirrendi beneficcji ghas-socjeta maltija kif ukoll ghall-professjoni tal-Midwifery.  

Ma nistax naghlaq dan id-diskors tieghi minghajr ma nirringrazzja lil dawk il-midwives kollha li matul iz-zmien u ta` kull jum jaghtu servizz lill-familji taghna kemm fl-isptarijiet kif ukoll fil-kommunita. J’alla li l-hidma taghkom tkomplu taghtuha bi professjonalita izda fuq kollox with tender loving care!

DOI – 05.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow