Left arrow Go Back

L-ONOR. EDWIN VASSALLO JILTAQA’ MA’ UFFICJALI TA’ L-M.H.R.A.

PR701
Date Icon 04/05/2004


F’laqgħa li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, kellu ma’ uffiċċjali ta’ l-MHRA, l-Onor. Edwin Vassallo tkellem dwar l-intenzjoni tiegħu li jkun qrib ta’ kull settur tan-negozju.

“F’pajjiżna rridu nagħtu attenzjoni lil dawk li jkunu qiegħdin jikkawżaw diffikultajiet lil min qiegħed fin-negozju. Għalhekk jiena jinteressani li nkun qrib ta’ kull settur bla ebda distinzjoni ta’ kummerċ, servizz jew professjoni; għaliex meta niġu biex nitrattaw id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom min qiegħed fil-kummerċ, m’hemmx differenza minn settur għal ieħor. Għalhekk, ladarba għal din is-sena, il-prijorita’ tiegħi ser tkun "Biex nikbru fl-Unjoni Ewropea,flimkienirridu niffaċilitaw in-negojzu", jiena nifhem li kull settur irid ikun mifhum u mogħti l-attenzjoni li jixraqlu. Sabiex inkompli naħdem biex nissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u hekk innaqqsu l-hela ta’ hin zejjed, irrid nara li kull settur inaqqas id-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom."

"Skond statistika maħruġa mill-Enterprise Survey ta’ 1999, jidher li fl-Unjoni Ewropea, 20% tas-settur ta’ kostruzzjoni sabu problemi għaliex ma sabux ħaddiema mħarrġa, filwaqt li 16% tas-settur tal-lukandiera u dawk fil-catering sabu l-istess diffikulta’. Jiena nħoss li f’pajjiżna l-akbar diffikulta għal min qiegħed fin-negozju hija l-burokrazija amministrattiva. Għalkemm ma nistax nikkwantifika dan permezz ta’ statistika, jiena nemmen li dawk kollha li jaħdmu fit-turiżmu jistgħu jibbenifikaw ħafna mit-tnaqqis ta’ burokrazija.”

“Biex il-burokrazija tkun tista’ tiġi mnaqqsa jiena ser naghmel ħilti biex insaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ l-objettiv taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar li jishaq lil kull Gvern ta’ kull pajjiż membru ta’ l-UE biex isaħħaħ il-proċess ta’ konsultazzjoni. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni qabel ma jkunu ser jittiehdu deċiżjonijiet, iwassal biex ikollna l-ewwel fażi mill-iżjed importanti ta’ l-eżerċizzju li jsaħħaħ l-Impact Assessment li għandu jsir kemm fuq il-liġijiet kif ukoll fuq l-Avviżi legali. Dan l-eżerċizzju għandu jgħin ukoll biex meta jiġu diskussi direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Malti jkollu wkoll rapport dwar l-impatt ta’ dik id-direttiva fuq is-settur kummerċjali ta’ pajjiżna.”

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ta wkoll informazzjoni tal-kontribut li dan is-settur jagħti lejn il-ħolqien tal-ġid f’dan il-pajjiż.


.../pr0701a


DOI – 04.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow