GĦAJNUNA STATALI TEMPORANJA GĦALL-PRODOTTI TAL-ĦALIB, TAT-TADAM SEMI-PPROĊESSAT, TAL-LAĦAM U Ċ-ĊEREALI
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent se jkun responsabbli għal erba’ skemi li tfasslu sabiex tiġi applikata l-Għajnuna Statali temporanja. Dawn l-iskemi japplikaw partikolarment għal prodotti speċifiċi tal-ħalib, tat-tadam semi-pproċessat, tal-laħam u ċ-ċereali.
Dan hu konformi mat-Trattat tas-Sħubija fejn il-mekkaniżmu ta’ l-Għajnuna Statali temporanja ġiet introdotta biex tinżamm l-istabbilità fil-prezzijiet ta’ ċerti prodotti. Dawn l-iskemi huma applikabbli, partikolarment għall-importaturi tradizzjonali skond il-kriterji li ġew żviluppati u addottati mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Dawn ivarjaw skond il-prodotti differenti li l-importaturi jridu japplikaw għalihom.
Il-perjodu ta’ l-Applikazzjoni għas-sena 2004 huwa bejn it-Tnejn 3 ta’ Mejju 2004 u l-Ġimgħa 14 ta’ Mejju 2004 (iż-żewġ ġranet inklużi). Dawn l-applikazzjonijiet se jkopru l-perjodu minn Mejju sa Diċembru 2004. Meta japplikaw, l-importaturi li huma eleġibbli biex jirreġistraw bħala importaturi tradizzjonali jew mhux tradizzjonali, huma mistennija li jipprovdu dettalji ta’ l-intenzjonijiet ta’ xiri tagħhom għas-sitt xhur li jmiss.
Hekk kif isir il-kuntratt mal-fornituri, l-importaturi għandhom jipprovdu garanzija bankarja lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Din il-garanzija tkun rilaxxata fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tkun saret il-konsenja proprja u l-Clearance mid-Dwana tal-prodotti f’Malta.
Il-prodotti applikabbli huma:
- Prodotti tal-Ħalib
- Krema tal-Ħalib fi trab jew f’forma oħra solida, kontenut ta’ xaħam <1.5%;
- Ħalib Xkumat;
- Trab tax-Xorrox; u
- Xaħam natural tal-butir, kontenut <_85% immediate pack u butir ieħor, kontenut tax-xaħam <_85% immediate pack.
- Tadam semi-pproċessat
- Tadam ippreparat f’materja xotta >30%f’pakketti >3kg; u
- Tadam ippreservat sħiħ jew f’biċċiet f’kontenituri < 3kg
- Prodotti tal-Laħam
- Hind Quarter Cuts; u
- Crop mingħajr Għadam, chuck, blade u brisket cut, fore quarters, bovini ffriżati
- Ċereali
- Xgħir (eskluż iż-żerriegħa tax-Xgħir);
- Qamħirrun (Corn, eskluż iż-żerriegħa); u
- Ross.
DOI – 30.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en