IFFIRMAT FTEHIM BEJN IL-FEDERATION OF INDUSTRY U L-IPSL
Ġie iffirmat ftehim li permezz tiegħu ħaddiema tal-kumpanija IPSL, ser jkunu jistgħu jiġu allokati f’impjiegi produttivi fis-settur privat. Dan il-ftehim, kien iffirmat illum mic-Chairman tal-IPSL, Ivan Falzon, u mil-President tal-Federation of Industry (FOI), Anton Borg, fil-preżenza tal-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment Austin Gatt.
Il-Ministru Gatt spjega li meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv dwar il-ħaddiema tat-Tarzna (u aktar riċenti tal-PBS) kien tħabbar li waħda mill-oġġettivi hi li nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi umani tagħna. It-Tarzna kellha ħafna ħaddiema żejda, iżda kienu żejda għat-Tarzna biss. It-talenti tagħhom huma tajbin biex jintużaw x’imkien ieħor. Fil-fatt fil-ftehim mal-GWU dwar it-Tarzna u l-PBS qbilna li l-ħaddiema jiġu assenjati xogħol ieħor f’waħda minn dawn:
- mal-Gvern stess
- ma’ entitajiet tal-Gvern, inklużi Kunsilli Lokali
- ma’ PPP eżistenti jew ġodda
- mal-privat fuq bażi volontarja jew wara konsultazzjoni effettiva mal-Union.
Il-Ministru Austin Gatt qal li ‘permezz tal-ftehim iffirmat illum, nemmnu lir-riżorsi umani li hemm fl-Industrial Projects and Services Ltd (IPSL) ser jintużaw aħjar, ser tkompli titnaqqas l-ispiża pubblika u qed inniedu mudell importani kif pajjiż juża aħjar ir-riżorsi umani (spiss eċċessivi) li għandu.’ Il-ftehim mal-FOI, ser jwassal biex l-istess FOI issib opportunitajiet sostenibli ta’ xogħol għall-impjegati tagħha fis-settur privat (kemm membri ta’ l-FOI u kemm le). Dan ser isir wara li l-IPSL tgħaddi lill-FOI lista ta’ l-impjegati li għandha magħha.
Il-Minsitru Gatt spjega li fil-preżent l-IPSL għandha 482 impjegat b’talenti differenti u b’esperjenza kbira, li 35% minnhom għandhom anqas minn 40 sena u 75% minnhom għandhom anqas minn 50 sena. Il-Ministru Gatt qal li waqt li impjegat ikun qed jaħdem f’ażjenda privata, dik l-ażjenda ssir ir-rappreżentanta ta’ l-IPSL. F’kull istant l-IPSL tibqa’ ultimament l-employer. Impjegat ikun assenjat għal 3 snin. Imbagħad il-kumpanija li tkun ħaditu tista’ jekk trid toffrilu impjieg permanenti skond kundizzjonijiet miftiehma bejniethom.
Il-Ministru Austin Gatt kompla li, l-paga u l-bonuses statutorji jibqgħu jitħallsu mill-IPSL.
Intant il-ftehim jara li l-kumpaniji li jagħżlu ħaddiema mill-IPSL, ser jikkontribwixxu lejn l-IPSL Lm2,800 fl-ewwel sena, (50% tal-paga); Lm3,400 fit-tieni sena, (60%); jew Lm3,900 fit-tielet sena (70%).
DOI – 29.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en