Left arrow Go Back

ESIBIZZJONI TA’ TPINĠIJIET ORIĠINALI LI NTUŻAW GĦAL DISINJI TA’ BOLOL DWAR L-ISTORJA NATURALI

PR662
Date Icon 29/04/2004

ESIBIZZJONI TA’ TPINĠIJIET ORIĠINALI LI NTUŻAW GĦAL DISINJI TA’ BOLOL DWAR L-ISTORJA NATURALI 

“Il-harsien tal-flora u tal-fawna jitlob minnha numru ta’ mizuri biex dan il-ghan ikun jista’jintlahaq.  Ma hemmx ghalfejn nghidu imma fost l-aktar importanti huwa li titqajjem kuxjenza b’sahhita fejn il-pubbliku mhux biss jifhem is-shubija ta’ dan il-wirt naturali imma jhoss il-bzonn li dan iharsu biex b’hekk pajjizna jkun jista’ jibqa’ sinjur f’dan il-wirt.” Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino waqt diskors ta’ l-inawgurazzjoni ta’ esebizzjoni ta’ tpinġijiet oriġinali li ntużaw għal disinji ta’ bolol dwar l-istorja naturali.  Din l-attivita’ kienet organizzata bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. 

Il-Ministru Pullicino qal li bi ftit riflessjoni tat-tpingijiet wiehed malajr jista’ jasal ghal numru ta’ konkluzjonijiet, fosthom li: 

  • Is-sbuhija tal-hlejjaq li jaqsmu din l-art maghna, u li mhux kullhadd forsi kellu l-opportunita’ li josserva fl-ambjent naturali taghhom;
  • L-importanza li dawn il-hlejjaq ghandhom kemm fuq skala nazzjonali kif ukull fuq skala internazzjonali, specjalment dawk il-hlejjaq li jinstabu jghixu biss fil-gzejjer Maltin;
  • L-interess u l-kuxjenza pubblika li tezisti kemm lokali, kif ukoll barra minn xtutna, meta wiehed jara li dawn it-tpingijiet huma kollha xoghol ta’ artisti Maltin, li llum niehu pjacir ninnota li qed ikunu aktar xjentifici fit-tpigijiet taghhom, kif ukoll minn dawk li jigu kemm biex jaraw din l-esebizzjoni, kif ukoll dawk li jgemmghu il-bolli fuq dan is-suggett;
  • Il-harsien legali li jinghata lill dawn il-hlejjaq kemm minn naha ta’ pajjizna, kif ukoll minn dawk il-Konvenzjonijiet li maghhom Malta hija msiehba, xejn inqas mill-Unjoni Ewropea, li ftit granet ohra Malta tkun ukoll imsiehba maghha.

Il-Ministru George Pullicino irringrazzja lill-Maltapost u lill-Heritage Malta ta’ din l-inizjattiva li permezz tagħha dawn id-disinji qed ikunu esebiti għall-ewwel darba. Din l-esebizzjoni tibqa’ miftuha sal- 31 ta’ Lulju fil-Musew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali, l-Imdina.

DOI – 29.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow