Left arrow Go Back

FRANCIS ZAMMIT DIMECH ISEGWI L-PREPARAZZJONIJIET GĦAT-TRASMISSJONI TAL-FESTI TA’ MALTA FL-EWROPA

PR651
Date Icon 28/04/2004

FRANCIS ZAMMIT DIMECH ISEGWI L-PREPARAZZJONIJIET GĦAT-TRASMISSJONI TAL-FESTI TA’ MALTA FL-EWROPA

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech illum wara nofsinhar għamel żjara fil-bitħa tad-Dwana fil-belt Valletta fejn qed jintrama t-tagħmir ghall-programm tal-lejl tat-30 ta’ April li ser isir fil-Port il-Kbir (b’konċentazzjoni fuq il-Forti Sant’Anġlu), biex ikun trasmess ghall-Ewropa u d-dinja. Il-Ministru Zammit Dimech kien akkumpanjat minn Andrew Psaila, CEO tal-PBS.

Il-PBS għandhom fuq il-post OB Unit u 17-il camera flimkien ma’ helicopter. Sebgha minn dawn il-cameras ser ikunu fuq in-naħa tal-belt Valletta, disgha fuq in-naħa tal-Kottonera, filwaqt li camera oħra ser tkun armata fuq il-helikopter.

Dan it-tagħmir miżjud ser iservi mhux biss biex jiġu trasmessi l-attivitajiet tal-lejl tat-30 ta’ April, iżda wkoll l-attivita’ Blessing of Europe li ser tkun trasmessa wkoll barra l-pajjiż fid-9 ta’ Mejju.

Andrew Psaila qal li din hi l-ewwel attivita’ b’daqshekk tagħmir fejn qed jintuża għal żmien hekk qasir. Hu qal li x-xogħol tal-cameras irid ikun sinkronizzat mal-wirja li tkun qed issir. Hu qal li diġa’ kellhom taħdidiet mal-produtturi ta’ din l-attivita’ sa minn Frar li għadda f’Berlin u Budapest. Andrew Psaila qal ukoll li fil-post kien hemm tagħmir ieħor tal-European Broadcasting Union li qed toffri l-faċilitajiet għal stazzjonijiet barranin tat-televiżjoni.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech irringrazzja lill-PBS tal-ħidma li qed iwettqu fejn qed juru li kapaċi jerfgħu l-piż ta’ din l-okkażżjoni daqshekk kbira mill-aspetti kollha tekniċi. Hu qal li l-prodott li ser jasal barra ser ikun kontrollat kollu kemm hu minn Malta. Ser ikun minn Malta li se jiddeċiedu x’ser jiġi trasmess sew f’dik li hi stampa kif ukoll sound. L-EBU ser tirċievi s-sinjal u tittrasmettih kif determinat minn Malta.

Francis Zammit Dimech feraħ lill-ħaddiema tal-PBS. Hu qal li fl-EBU, li ser tittrasmetti l-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ma’ l-Ewropa kollha minn Malta, hemm aspettattiva kbira għal dak li ser tipproduċi l-PBS. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura fakkar li hemm aktar minn 20 pajjiż li ser jittrasmettu dak li jkun qed jiġri f’Malta. Dawn jinkludu l-Ġermanja u Franza. Barra minn hekk hemm stazzjonijiet oħra f’pajjiżi lil hinn mill-Ewropa, inkluż il-Ġappun u l-Korea, li ser jagħtu coverage għal dak li qed ikun iseħħ f’Malta.


DOI - 28.04.04

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow